Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU MICHAEL FARRUGIA IZUR PAZJENTI ZGHAZAGH LI MARRU GHAL ZJARA F’LOURDES

PR1517
Date Icon 14/08/1998

Il-Ministru Michael Farrugia ghamel zjara liz-zaghzagh fil-Young Peoples’ Unit ta’ l-iSptar Monte Carmeli.


Disa’ zghazagh, guvintur u tfajliet, se jaghmlu zjara ta’ erbat ijiem f’Lourdes.  Din iz-zjara giet sponsorjata minn diversi ditti, ghaqdiet mhux governattivi, banek, kif ukoll mill-istess staff  tal-Young Peoples’ Unit.


Il-Ministru Michael Farrugia ferah lill-isponsors u lill-organizzaturi ta’ l-inizjattiva u qal li zjarat bhal dawn jaghmlu gieh lic-cittadini Maltin u Ghawdxin ghax juru l-generozita’ taghhom.  Huwa rringrazzja wkoll lill-haddiema tal-ghajnuna taghhom.


Il-Ministru spjega kif fl-ahhar mill-ahhar trid tinqered ghal kollox l-istigma li hawn ghall-mard mentali.  Huwa qal li-l-iSptar Monte Carmeli qed jigi mmodernizzat u qed isir xoghol kontinwu sabiex swali li qatt ma sar xoghol fuqhom jigu rrangati.  Huwa sostna li Ward 10, dik maghrufa bhala s-sala tal-kastig, trid tinghalaq u jrid jinbidel il-kuncett taghha.  Huwa qal li l-iSptar Monte bil-mod irid isir sptar specjalizzat ghall-kura tal-mard mentali.


Huwa awgura gita sabiha lill-pazjenti kif ukoll lill-istaff li se jakkumpanjaw liz-zghazagh.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow