IL-MINISTRU MICHAEL FARRUGIA IZUR PAZJENTI ZGHAZAGH LI MARRU GHAL ZJARA F’LOURDES
Il-Ministru Michael Farrugia ghamel zjara liz-zaghzagh fil-Young Peoples’ Unit ta’ l-iSptar Monte Carmeli.
Disa’ zghazagh, guvintur u tfajliet, se jaghmlu zjara ta’ erbat ijiem f’Lourdes. Din iz-zjara giet sponsorjata minn diversi ditti, ghaqdiet mhux governattivi, banek, kif ukoll mill-istess staff tal-Young Peoples’ Unit.
Il-Ministru Michael Farrugia ferah lill-isponsors u lill-organizzaturi ta’ l-inizjattiva u qal li zjarat bhal dawn jaghmlu gieh lic-cittadini Maltin u Ghawdxin ghax juru l-generozita’ taghhom. Huwa rringrazzja wkoll lill-haddiema tal-ghajnuna taghhom.
Il-Ministru spjega kif fl-ahhar mill-ahhar trid tinqered ghal kollox l-istigma li hawn ghall-mard mentali. Huwa qal li-l-iSptar Monte Carmeli qed jigi mmodernizzat u qed isir xoghol kontinwu sabiex swali li qatt ma sar xoghol fuqhom jigu rrangati. Huwa sostna li Ward 10, dik maghrufa bhala s-sala tal-kastig, trid tinghalaq u jrid jinbidel il-kuncett taghha. Huwa qal li l-iSptar Monte bil-mod irid isir sptar specjalizzat ghall-kura tal-mard mentali.
Huwa awgura gita sabiha lill-pazjenti kif ukoll lill-istaff li se jakkumpanjaw liz-zghazagh.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN