ELEZZJONIJIET GENERALI 1998
TQASSIM TA’ DOKUMENTI GHALL-VOTAZZJONI MINN UFFICJALI TAL-PULIZIJA
Il-Kummissjoni Elettorali tavza lill-eletturi kollha ta’ Malta u Ghawdex li isimhom jidher fl-ahhar Registru Elettorali ppubblikat, jigifieri dak ta’ April, 1998, illi ufficjali tal-Pulizija se jibdew iqassmu d-dokumenti ghall-votazzjoni minn it-Tnejn is-17 ta’ Awissu, 1998. It-tqassim ser jsir bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn it-3.00 p.m. u t-8.00 p.m. fil-granet kollha tal-Gimgha sa nhar is-Sibt, it-22 ta’ Awissu, 1998. Ghaldaqstant huwa ta’ htiega kbira li fid-dar ikun hemm xi persuna tal-familja li ma tkunx taht it-18-il sena biex tircievi d-dokumenti ghall-votazzjoni. Il-ligi elettorali tippermetti li rapprezentanti tal-partiti politici jakkumpanjaw lill-ufficjali tal-pulizija waqt it-tqassim ta’ dawn id-dokumenti.
Id-dokument ghall-votazzjoni ghandu jinzamm f’post fejn wiehed isibu ghax minghajru ma jkunx jista’ jivvota fl-elezzjoni.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN