IL-PRIM MINISTRU F’LAQGHA MAL-GENERAL MANAGER - EUROPE, TEXACO FUEL & MARINE MARKETING DEPARTMENT
Kull ma jmur, it-talba ghall-facilitajiet ta’ bunkering fil-Mediterran qed tizdied u minn dan Malta tista’ tiggwadanja.
Dan qalu s-Sur Vincent P. Kyle, General Manager - Europe, of Texaco Fuel & Marine Marketing Department (TFAMM) meta llum iltaqa’ mal-Prim Ministru Dr.Alfred Sant, f’Kastilja.
Is-Sur Kyle rrefera ghall-ftehim milhuq bejn il-Gvern Malti u l-kumpannija multinazzjonali Amerikana TEXACO, biex tixtri bejn 30 u 35 fil-mija ta’ l-ishma tal-Malta Offshore Bunkering Company (MOBC). Skond dan il-ftehim it-TEXACO ser tixtri madwar 120,000 sehem bil-prezz ta’ Lm7 kull sehem, prezz li hu seba’ darbiet aktar mill-prezz ta’ kemm kienu jiswew l-ishma tal-MOBC fil-bidu. B’kollox, il-kumpannija multinazzjonali ser tonfoq madwar miljun lira biex tixtri dawn l-ishma u l-iffirmar mistenni li jsir lejn l-ahhar ta’ din is-sena.
Il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant staqsa lis-Sur Kyle kif it-TEXACO thares lejn il-qasam tal-Yacht Marinas. Ta’ min ifakkar li l-Gvern Laburista Gdid ghandu ppjanat li jibni tliet Yacht Marinas, wahda fil-Kottonera, l-ohra f’Ghawdex u l-ohra f’ Manoel Island. Is-Sur Kyle qal li l-kumpannija TEXACO tkun lesta li tikkonsidra l-possibilita’ li tidhol biex tissupplixxi l-jottijiet f’dawn il-Marinas bil-fuel li jkollhom bzonn.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN