TAHDIDIET DWAR IZ-ZGHAZAGH BEJN MALTA U C-CINA
"Ir-relazzjonijiet bejn Malta u r-Repubblika tac-Cina qatt ma kienu kordjali u qrib daqs kemm jinsabu bhalissa."
Dan kien il-kumment tas-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u l-Arti, in-Nutar Joe Cilia, waqt li kien qieghed jindirizza delegazzjoni Ciniza u ohra Maltija li ltaqghu illum ghal tahdidiet bilaterali dwar iz-zghazagh fil-pajjizi rispettivi taghhom.
Id-delegazzjoni Ciniza, immexxija minn Cao Weizhou, vici-Chairman tal-Federazzjoni Ciniza taz-Zghazagh, waslet Malta il-bierah wara nofsinhar. Hija mistennija jkollha wkoll laqghat mad-deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, mal-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali Evarist Bartolo. Id-delegazzjoni se tiltaqa' wkoll mal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh u ghaqdiet ohra, filwaqt li nhar it-Tnejn mistennija tkun milqugha mill-President tar-Repubblika.
Waqt it-tahdidiet ta' wara nofsinhar, in-Nutar Joe Cilia tenna l-impenn tal-Gvern fil-qasam taz-Zghazagh u spjega l-politika li qed tkun adottata sabiex iz-zghazagh jinghataw opportunitajiet ta' xoghol, akkomodazzjoni, impenn fis-socjeta', sport, kif ukoll serhan tal-mohh.
Ghall-laqgha kien prezenti wkoll ghan-naha Maltija, is-Segretarju Permanenti fi hdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, is-Sur Frederick Fearne, Diretturi fis-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u l-Arti, ufficjali gholja fl-istess Segretarjat u d-Direttrici ta' l-agenzija Sedqa, is-Sinjura Sina Bugeja.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN