Left arrow Go Back

IL-MINISTRU NOEL FARRUGIA JAGHMEL KAWZA TA’ LIBELL KONTRA L-PERIT NINU ZAMMIT

PR1509
Date Icon 14/08/1998

Il-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia dalghodu pprezenta kawza ta’ libell kontra l-Perit Ninu Zammit, Shadow Minister Nazzjonalista ghall-Biedja u Sajd, dwar l-allegazzjonijiet foloz fuq l-esportazzjoni tal-patata mill-Agriculture Export Marketing Board.


Il-Ministru Noel Farrugia qed jitlob lill-Qorti sabiex tiddikjara li bl-istqarrija tieghu Ninu Zammit ta malafama u talab li tikkundannah ihallas id-danni.


Il-Ministru Noel Farrugia, filwaqt li cahad kategorikament l-allegazzjonijiet  tax-Shadow Minister Ninu Zammit, sostna li fl-istaguni ta’ l-1997 u 1998 taht Gvern Laburista, il-bdiewa dahhlu kwart ta’ miljun Lira Maltija aktar fil-prezz tal-patata minn dak li dahhlu fl-1995 u fl-1996 taht l-Amministrazzjoni tal-Gvern Nazzjonalista.


Jidher car li l-Partit Nazzjonalista tant m’ghandux xi jghid kontra s-success tal-Gvern Laburista fis-settur tal-Biedja, partikolarment fl-esportazzjoni tal-patata, li sistematikament qed jirrikorri ghall-misinformazzjoni f’dawn il-jiem ta’ qabel l-Elezzjoni.


Il-verita hija li l-Gvern Laburista xahrejn ilu ffinalizza kuntratt gdid ghall-esportazzjoni tal-patata li bih il-bdiewa se jiggwadanjaw zieda ta’ 20% fit-tunnellagg u zieda ta’ 10% fil-prezz minimu garantit matul it-tliet snin li gejjin.


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow