INBNEW U SE JINBDEW MAL-211-IL POST GDID FIL-KOTTONERA.
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfed Portelli qal illum li l-Gvern Laburista diga’ ta bidu ghal programm kbir ta’ housing socjali li jlahhaq mal-211-il post gdid fil-Kottonera u l-Fgura . Huwa qal dan f’diskors li ghamel meta l-lejla fetah wirja dwar Progetti ta’ Housing fil-Kottonera li qed issir fil-Kazin tal-Banda San Gorg, f’Bormla. Din il-Wirja se tkun miftuha kuljum ghall-pubbliku mil-lum sa nhar il-Hamis, 20 ta’ Awissu 1998, bejn is-6.00 p.m. u t-8.00 p.m.
Il-Ministru Portelli, fid-diskors tieghu sejjah il-housing bhala wiehed mill-elementi ewlenin fl-izvilupp globali tal-Kottonera. Huwa qal li f’dan ir-regjun il-problema tal-housing hija fost l-aktar akuti fil-pajjiz tant li l-figura ta’ applikanti ghall-post alternattiv quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni minn Bormla, Birgu, l-Isla u l-Kalkara llum tlahhaq 493. “ Il-qaghda kienet ferm aktar akuta meta jien sirt Ministru, f’Ottubru 1996 tant li dak inhar il-figura kienet tlahhaq 632”, qal il-Ministru.
Huwa imbaghad fisser wiehed wiehed il-progetti li bdew u tlestew u ohrajn li se jibdew dalwaqt. Fost il-progetti l-Ministru semma dak ta’ Santa Liena fejn inbnew 17-il appartament u 8 garaxxijiet li issa gew allokati lil nies li se jigu mnehhija minn djar qodma fi Triq San Gwann Bormla. Huwa qal li dak ta’ San Gwann, li se jkun fih mad-69 post gdid huwa meqjus bhala l-akbar progett ta’ twaqqiegh u zvilupp f’dawn l-ahhar 40 sena f’Bormla. Huwa semma wkoll progetti ohra ta’ bini ta’ djar u gonna f’diversi inhawi tal-Kottonera.
Il-Ministru Portelli qal li dan ix-xoghol kollu li sar u li se jsir qieghed jitwettaq f’cirkustanzi difficli hafna peress li l-art f’dan ir-regjun hija skarsa u anke minhabba li l-bini kwazi kollu ghandu valur storiku kbir. Kien ghalhekk, kompla l-Ministru, li f’hafna kazi se nzommu l-faccati tal-bini.
Huwa semma l-politika gdida li huwa ntroduca dan l-ahhar dwar l-“evictees” li permezz taghha nies li jigu mnehhija minn postijiet qodma u perikoluzi jinghataw postijiet godda b’kera ssussidjata hafna. Il-Ministru qal li fi zmien l-amministrazzjoni l-ohra nies bhal dawn inghataw postijiet b’kirjiet ferm u ferm oghla minn tal-lum.
.../...
Il-Ministru temm jghid li bil-progetti tal-housing li qeghdin jitwettqu u bil-progetti l-ohra li l-Gvern hejja ghall-Kottonera, f’dan ir-Regjun qeghdin noqorbu lejn rebbiegha gdida.
“Dan se jigi assikurat ukoll bil-Pjan Regjonali ta’ Zvilupp ghan-Nofsinhar ta’ Malta, li tieghu jien responsabbli bhala Ministru tal-Kunsilli Lokali u li issa wasal ghat-twettieq tieghu. Dan kollu se naghmluh ghaliex ahna konxji li ambjent sabih, nadif, funzjonanti u rijabilitat b’mod intelligenti huwa l-aqwa antitodu kontra l-mard socjali u garanzija ta’ gejjieni ferm isbah,” temm jghid il-Ministru.
Id-diskors tal-Ministru jsegwi ........................
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN