AKTAR CRUISE LINERS IZURU MALTA
Is-sena li ghaddiet zaru Malta 198 Cruise Liners, zieda ta’ 32% fuq l-1996. Din is-sena huwa stmat li 204 Cruise Liners se jzuru l-Port il-Kbir, jigifieri zieda ta’ tlieta fil-mija fuq is-sena li ghaddiet. F’dawn l-ahhar snin kien hemm zieda konsiderevoli, kemm mil-lat ta’ Cruise Liners kif ukoll mill-aspett ta’ passiggieri abbord.
Dan habbru l-Prim Ministru Dr.Alfred Sant meta llum zar il-Cruise Liner Vision of the Seas li jinsab sorgut fix-Xatt ta’ Pinto fil-Port il-Kbir. Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru kien hemm il-Ministri George Vella, Karmenu Vella u Joe Debono Grech.
Fin-numru ta’ passiggieri kien hemm ukoll zieda sostanzjali. Fl-1997 kien hemm ftit aktar minn mija u tletin elf passiggier li zaru l-port, zieda ta’ tmenin fil-mija ( 80 % ) mis-sena 1996. Din is-sena mistennija jzuru Malta mija u disgha u erbghin elf passiggier, jigifieri hmistax fil-mija aktar mill-1997.
Ta’ min isemmi li sentejn ilu, l-ahhar sena ta’ Gvern Nazzjonalista, il-figuri jindikaw tnaqqis mis-sena ta’ qabel, jigifieri mill-1995, kemm mil-lat ta’ Cruise Liners kif ukoll ta’ passiggieri.
Aktar minn 35 operatur tal-Cruise Liners juzaw il-Port il-Kbir b’mod regolari, bl-akbar numru ta’ passiggieri gejjin mill-Ingilterra (42%), mill-Germanja (18%), mill-Istati Uniti (9%), minn Franza (7%), waqt li l-bqija (11%) jigu minn pajjizi ohra. Dan jirrifletti b’mod car is-swieq ewlenin tal-cruises u l-kwalita` gholja ta’ cruise liners li jzuru lil Malta.
Dr. Sant qal li l-attivita` tal-cruise lining hadet spinta ohra meta s’issa kkonfermaw zewg operaturi tal-cruise lining li qalu li se juzaw lil Malta bhala home port ewlieni fil-Mediterran ghas-sena d-diehla. Ir-ragunijiet ewlenin li jaghtuna l-operaturi ghaliex Malta hija nkluza fl-itirenarji taghhom hija fosthom minhabba id-dehra naturali tal-Port il-Kbir, kif ukoll l-ospitalita` li jintlaqghu biha l- passiggieri. L-operaturi kkonfermaw ukoll li l-ftehim li sar bejn l-Awtorita’ tat-Trasport Pubbliku u l-Amalgamated Taxis ukoll kompla jghin biex l-operaturi jaghzlu lil Malta bhala destinazzjoni favorita ghaliex ghen biex jinqata’ xi tgergir li kien isir fost il-passiggieri.
... / ...
Gvern Laburista Gdid se jaghti bidu ghall-progett tal-Cruise Passenger Terminal fil-Port il-Kbir. Permezz ta’ terminal gdid, tizdied il-possibilita` li aktar operaturi ta’ cruise liners jkunu interessati li juzaw il-Port il-Kbir bhala home port fil-Mediterran. B’hekk huma jkunu qed jiggwadanjaw mill-potenzjal turistiku qawwi, mil-lokazzjoni strategika ta’ Malta kif ukoll mill-aspett ta’ logistika.
Il-progett tal-Cruise Passenger Terminal jinkludi:
Il-bini ta’ Cruise Passenger Terminal li kapaci jimmaniggja numru ta’ Cruise Liners li jzuru pajjizna fl-istess hin.
facilitajiet ta’ duty free
li tinholoq promenade biex tkompli ssebbah id-dehra tal-Port il-Kbir
restawrar ta’ Pinto Stores u
ftuh ta’ stabbilimenti kummercjali fl-inhawi
Fl-ahhar ta’ Settembru mistenni jinghazel il-konsorzju ghall-bini tal-Cruise Passenger Terminal fix-Xatt ta’ Pinto. Dan il-progett mistenni jiggenera investiment ta’ aktar minn Ghaxar Miljun Lira Maltin (Lm 10,000,000) u jimpjega ’l fuq minn elf (1,000) persuna.
Fil-fazi tal-kostruzzjoni tal-Cruise Passenger Terminal se jinholqu aktar minn 500 impjieg gdid. Il-Cruise Passenger Terminal se jimxi fuq l-istess linji li l-Gvern il-gdid mexa fuqhom fil-kaz tal-Yacht Marina tal-Birgu u jinkludi wkoll investiment privat barrani. Il-Prim Ministru Alfred Sant qal li dan il-progett se jkun wiehed mill-ewwel progetti li jigu approvati mill-Parlament wara l-elezzjoni tal-5 ta’ Settembru.
Il-Cruise Passenger Terminal mistenni jaghti spinta wkoll lill-kuncett ta’ ‘hubbing’ li f’pajjizna s’issa ghadu ma dahalx. Dan ifisser li t-turist jibda il-vaganza tieghu minn Malta, jirkeb il-vapur ghall-Cruise tieghu minn Malta u wara li jkun ghamel il-mawra tieghu fil-pajjizi destinati, jispicca lura Malta biex minn hawn imur lura lejn pajjizu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261925EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261925