IL-MINISTRU PORTELLI JHABBAR IL-MEMBRI TAL-BORD TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN GHAN-NOFSINHAR TA’ MALTA
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dal-ghodu pprezenta l-Membri ta’ dak li qieghed jissejjah l-Bord Regjonali tal-Implementazzjoni tal-Pjan ta’ Zvilupp Regjonali Socjo-Ekonomiku ghan-Nofsinhar ta’ Malta. Dan il-Bord inhatar b’decizjoni unanima mit-Tieni Konferenza Regjonali dwar il-Pjan ta’ Zvilupp ghan-Nofsinhar ta’ Malta li saret fl-4 ta’ Lulju li ghadda fil-Kullegg De La Salle il-Kottonera. Bhala Chairperson tal-Bord tal-Implementazzjoni nhatar il-Perit Lino Bianco.
Skond l-istess decizjoni dan il-Bord ghandu zewg ghanijiet ewlenin wiehed li jiffissa l-prijoritajiet tal-proposti li fih il-Pjan u t-tieni, li jressaq dawn il-Prijoritajiet ghall-approvazzjoni tat-tielet Konferenza Regjonali ghan-Nofsinhar ta’ Malta li ghandha ssir aktar tard din is-sena. Wara jibda t-twettieq.
Il-Pjan ta’ Zvilupp Socjo-ekonomiku ghan-Nofsinhar ta’ Malta kien thejja minn Kunsill tal-Ippjanar li kien gie approvat mill-ewwel konferenza li kienet saret fil-Lukanda Jerma Palace f’Wied il-Ghajn is-sena l-ohra.
Il-Membri l-ohra ta’ dan il-Bord huma Is-Sur Joe Mizzi, Ministru Bla Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru li jirrapprezenta lill-Partit Laburista, s-Sur Joe Cassar, Sindku taz-Zurrieq u s-Sur Charles Zammit, Sindku ta’ Wied il-Ghajn li jirrapprezentaw lill-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, s-Sur Vincent Cassar, Direttur Generali fil-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, li jirrapprezenta l-istess Ministeru, s-Sur Emanuel Ellul, Gvernatur tal-Bank Centrali u s-Sur Christopher Falzon, Konsulent Finanzjarju u Manigerjali fil-Management Efficiency Unit. Is-Sur John Gatt inhatar Segretarju u Ezekuttiv Ewlieni tat-Taqsima tal-Implimentazzjoni u s-Sur Michael Micallef inhatar Assistent Segretarju. Sal-hin li ntemmet il-Konferenza tal-ahbarijiet ta’ dalghodu l-Partit Nazzjonalista kien ghadu ma nfurmax lill-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali dwar il-hatra tar-rapprezentant/a tieghu.
.. /2
F’diskors li ghamel il-Ministru Portelli qal li l-Pjan Regjonali ta’ Zvilupp ghan-Nofsinhar ta’ Malta llum huwa rikonoxxut minn kulhadd bhala bicca xoghol voluminuza u monumentali. Dan jitfa’ piz kbir fuq spallejn il-Bord Regjonali tal-Implementazzjoni tal-Pjan. U biex wiehed jifhem x’qieghed nghid bizzejjed insemmi li dan il-Pjan jinkludi fih mhux inqas minn 152 inizjattiva konnessi mas-suggetti li kellu jgharbel il-Kunsill tal-Ippjanar.
Il-Ministru qal li hemm inizjattivi li jolqtu l-aspetti socjali, ekonomici, ambjentali, ambjent mibni, infrastruttura u wirt storiku u kulturali. Is-Sur Portelli qal li dan kollu kellu l-bidu tieghu fuq inizjattiva tal-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant li kkummetta l-Gvern tieghu li jaghti nifs u hajja gdida lin-Nofsinhar ta’ Malta wara snin twal ta’ telqa u abbandun.
Is-Sur Portelli qal li l-Gvern tieghu huwa kommess li fil-Birgu, f’Bormla, f’Birzebbuga, fil-Fgura, fl-Isla, fil-Kalkara, f’Wied il-Ghajn, f’Marsaxlokk, f’Haz Zabbar u fiz-Zejtun u fix-Xaghjra tibda era gdida ta’ zvilupp socj-ekonomiku sostenibbli fir-rispett shih tal-ambjent storiku u naturali tal-inhawi. “Ahna ma nghidux li dawn l-ibliet haqqhom ahjar imma nghid li haqqhom l-ahjar.” Qal il-Ministru.
Other Press Releases:
PR261925EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261925