ESPORTAZZJONI TAL-PATATA
Matul l-1995 u l-1996 l-bdiewa dahhlu Lm1,597,380 mill-esportazzjoni tal-patata, waqt li fl-1997 u l-1998, fis-sentejn tal-Gvern Laburista, dahhlu Lm1,848,090, jigifieri zieda ta’ 15% jew ahjar ta’ kwart ta’ miljun Lira.
Dan jikkonferma n-nuqqas ta’ verita` tax-Shadow Minister Nazzjonalista li ghogbu jirreferi ghall-pagamenti li saru lill-bdiewa bhala ‘mizeri’.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia b’riferenza ghall-kritika ta’ l-Oppozizzjoni.
Il-Ministru kompla jghid li dan huwa sinjal ta’ paniku fil-Partit Nazzjonalista li nnota li meta l-Amministrazzjoni Nazzjonalista, fl-unika sena li esporta ‘il fuq minn 7,000 tunnellata ta’ patata, li kien biss fl-1992, il-bdiewa nghataw il-prezz verament mizeru ta’ Lm6-il qantar, li minnhom 57 centezmu kienu ssussidjati mill-Kaxxa ta’ Malta.
Fis-sentejn tal-Gvern Laburista li fihom gew esportati kull sena aktar minn 7,000 tunnellata, il-bdiewa dahhlu prezz medju ta’ Lm10.23 minflokk dak ta’ Lm6, jigifieri zieda ta’ 70%.
Fattur iehor li rrefera ghalih il-Ministru Noel Farrugia kien dak tar-rata tal-kambju. Dan fis-sens li r-rata tal-kambju fl-1996 kienet ta’ 4.7 D.Fl ghal kull Lira Maltija filwaqt li fl-1997 u fl-1998 kienet ta’5.2 D.Fl u 5.1 D.Fl rispettivament. Il-Ministru qal li dawn id-differenzi fir-rati tellfu lill-bdiewa Lm200,000.
Il-Ministru temm jghid li billi x-Shadow Minister qed jibza jaccetta l-invit miftuh biex jiltaqa’ mal-Bord ta’ l-Esportazzjoni halli jara l-kontijiet kollha, jidher li l-unika interess li ghandu huwa li jimmizinforma lill-bdiewa ghal skopijiet partiggani u politici u tenna li l-invit ghadu miftuh.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN