Left arrow Go Back

IL-CRUISE PASSENGER TERMINAL IL-GDID JIGI APPROVAT MILL-PARLAMENT WARA L-ELEZZJONI

PR1481
Date Icon 12/08/1998

Fl-ahhar ta’ Settembru mistenni jinghazel il-konsorzju ghall-bini tal-Cruise Passenger Terminal fix-Xatt ta’ Pinto. Dan il-progett  mistenni jiggenera investiment ta’ aktar minn Ghaxar Miljun Lira Maltin (Lm 10,000,000) u jimpjega ’l fuq minn elf (1,000) persuna.


Fil-fazi tal-kostruzzjoni tal-Cruise Passenger Terminal se jinholqu aktar minn 500 impjieg gdid.  Il-Cruise Passenger Terminal se jimxi fuq l-istess linji li l-Gvern il-gdid mexa fuqhom fil-kaz  tal-Yacht Marina tal-Birgu u jinkludi wkoll investiment privat barrani. Il-Prim Ministru Alfred Sant qal li dan il-Progett se jkun wiehed mill-ewwel progetti li jigu approvati mill-Parlament wara l-elezzjoni tal-5 ta’ Settembru.


Il-Cruise Passenger Terminal il-gdid mistenni jaghti spinta akbar lill-industrija tat-turizmu, specjalment dawk it-turisti li jzuru gzejjer fil-Mediterran permezz ta’ Cruise Passenger Liners lussuzi. Dan is-suq bhalissa qieghed jizdied minn sena ghal ohra.


Il-Cruise Passenger Terminal mistenni jaghti spinta wkoll lill-kuncett ta’ ‘hubbing’ li f’pajjizna s’issa ghadu ma dahalx. Dan ifisser li t-turist jibda il-vaganza tieghu minn Malta, jirkeb il-vapur ghall-Cruise tieghu minn Malta u wara li jkun ghamel il-mawra tieghu f’dawk il-pajjizi destinati jerga’ jispicca Malta biex imur lura lejn pajjizu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow