STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GHALL-ANZJANI
Dak li qed tghid l-Oppozizzjoni li l-Gvern Laburista ser jintroduci xi taxxa fuq l-ikel ta’ l-anzjani fir-residenza San Vincenz de Paule hija l-ahhar minn sensiela ta’ gideb sfaccat. Is-Segretarjat ghall-Anzjani jichad kategorikament li hemm xi hsieb li jsir xi hlas fuq l-ikel fl-isptarijiet. Din hija propaganda qarrieqa li l-Oppozizzjoni qed taghmel fid- daghdigha ta’ kacca ghall-voti.
Akkuza ohra ta’ l-Oppozizzjoni kienet li s-servizz tal-homehelp mar lura. Fil-fatt is-Segretarjat ghall-Anzjani mexa b’mod ghaqli hafna fejn ir-rizorsi tal-poplu gharaf juzahom ahjar ma’ dawk l-anzjani li l-aktar ghandhom bzonn u mhux jahlihom ma’ anzjani li jifilhu jhallsu. Il-Gvern Laburista dejjem mexa b’kuxjenza socjali u ghalhekk dejjem jikkoncentra fuq l-anzjani l-aktar batuti.
Jekk imbaghad naraw x’sar fir-Residenza San Vincenz de Paule, f’dawn l-ahhar ghoxrin xahar, insibu li l-Gvern Laburista hadem sabiex l-anzjani tar-Residenza jircievu servizz ta’ l-oghla livell. L-ewwel progett li sar kien dak ta’ spizerija gdida fejn gew applikati wkoll metodi godda fil-farmacija. Tlesta ukoll il-Provision Stores. Mbaghad nbeda l-progett tad-dining room ghall-haddiema. Fil-prezent tlestew il-pjanti sabiex jibda r-refurbishment fis-swali 19 u 20. Barra minn hekk gie mwaqqaf management modern u aktar efficjenti. Jekk naghtu harsa lejn x’sar fid-djar tal-Gvern insibu li nbniet u nfethet l-extension ta’ l-Imtarfa, inbdiet l-estensjoni u l-immodernizzar fid-dar tal-Furjana, wasal fl-ahhar ix-xoghol tal-kostruzzjoni tad-dar ta’ Bormla wara il-bahar ta’ diffikultajiet li sibna fil-bidu u sar xoghol iehor ta’ refurbishment fid-dar tal-Mosta u ta’ l-Imsida. Il-Gvern Laburista li jmiss ghandu sensiela ta’ proposti innovattivi u realistici ghal-titjib fil-qasam ta’ l-anzjani, fosthom bini ta’ djar ghall-anzjani fiz-Zurrieq u fil-Mellieha.
Il-weghdiet fierha li qed taghmel l-Oppozizzjoni juru bic-car l-istat ta’ paniku li qeghdha fih. Qed jippruvaw iqarrqu bic-cittadini anzjani billi jweghduhom l-ilma jizfen. Din il-politika li twieghed kollox lil kulhadd, hija mgieba ta’ l-iblah li jghidlek tini sitta u ntik sold, politika li ma tidhak b’hadd, wisq anqas bl-anzjani li ghandhom hafna aktar ghaqal u tigrib ta’ l-imghoddi milli tahseb l-Oppozizzjoni.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN