Left arrow Mur Lura

IL-YACHT MARINA TA’ HONDOQ IR-RUMMIEN TOHLOQ 400 IMPJIEG GDID F’GHAWDEX

PR1475
Date Icon 11/08/1998

Il-Yacht Marina gdida ta’ Hondoq ir-Rummien f’Ghawdex mistennija tohloq  400 impjieg gdid f’Ghawdex kemm waqt il-fazi tal-kostruzzjoni u meta dan il-progett jibda jopera. Dan il-progett mistenni jigbed lejh investiment ta’ Lm5,000,000 li mbaghad johloq attivita’ kummercjali f’Ghawdex.  Il-progett tal-Yacht Marina se jkun ibbazat fuq il-progett tal-Yacht Marina tal-Birgu bis-sehem ta’ investituri Maltin u barranin.


Il-Prim Ministru qal li Gvern Laburista gdid l-ewwel jghaddi l-Progett tal-Yacht Marina tal-Birgu mill-Parlament, imbaghad juza l-esperjenza miksuba minn dan il-progett biex tkun tista’ ssir din il-Yacht Marina  gdida f’Ghawdex.  Gvern Laburista gdid ghandu sensiela ta’ progetti li se jigu implimentati bl-investiment tas-settur privat, kemm lokali kemm barrani. Dawn il-progetti jinkludu il-Yacht Marina tal-Birgu, il-Progett tal-Cruise Passenger Terminal fil-Moll ta’ Pinto, il-Progett tal-Marina Park flok il-Bacir Numru 1 tat-Tarzna, il-Progett tal-Forti Sant’Anglu bl-ghajnuna tal-Kavallieri ta’ Malta, il-Progett ‘Connections’ li jghaqqad Marsamxett mal-Port il-Kbir, il-Progett ta’ Manoel Island u Tigne`. Dawn il-progetti kollha flimkien mistennija joholqu madwar 6,000 impjieg gdid kemm waqt il-fazi tal-kostruzzjoni u fil-fazi tal-operat taghhom.



PHOTO CAPTION


Impressjoni artistika ta’ kif tista’ tigi zviluppata il-Yacht Marina gdida f’Hondoq ir-Rummien li se tohloq 400 impjieg gdid f’Ghawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Fondi Ewropej mill-programm Erasmus+ biex jissaħħaħ l-iżvilupp professjonali tal-edukaturi

PR261925

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow