Left arrow Mur Lura

SA APRIL 2001, L-ISPTAR IL-GDID F’TAL-QROQQ SER IKUN JOPERA

PR1471
Date Icon 11/08/1998

L-Isptar il-Gdid f’Tal-Qroqq mistenni jitlesta f’April 2001. Wara din id-data s-servizzi generali tas-sahha jibdew jinghataw minn dan l-Isptar il-Gdid. Il-Gvern Laburista kien ha d-decizjoni li dan l-Isptar ma jibqax ikun biss wiehed ta’ ricerka imma jsir wiehed li joffri s-servizzi kollha lill-pazjenti li jaghmlu uzu minnu.


Dan habbru l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant waqt zjajjar  li ghamel dalghodu fl-iSptar San Luqa u l-iSptar il-Gdid f’Tal-Qroqq. Matul dawn l-izjajjar, Dr Sant kien akkumpanjat mill-Ministru ghas-Sahha, Dr. Michael Farrugia.


L-Isptar Generali l-Gdid se jkun fih 800 sodda u s-saqaf tar-raba’ sular ta’ l-Isptar gie rinforzat biex jekk ’il quddiem jigi deciz li l-Isptar jitkabbar, ikun jista’ jitla’ sular iehor, minghajr dewmien zejjed. Id-decizjoni li l-Isptar jikber b’dan il-mod wasslet biex il-process tal-bini jiehu aktar fit-tul u jitwal b’sena.


Il-Prim Ministru qal li z-zjajjar  tal-lum kienu jimmarkaw zewg aspetti tal-politika tas-sahha li l-Gvern qed isegwi. Fl-Isptar San Luqa wiehed seta josserva servizz li gie zviluppat fl-ahhar sena, servizz fejn pazjent jaghmel gurnata l-isptar u wara li jkollu l-interventi mehtiega, jerga lura d-dar fl-istess jum. Dr. Sant qal li dan is-servizz  kien ilu ippjanat aktar minn erbatax-il sena u  twettaq biss issa mill-Gvern tal-gurnata.


Fuq l-iSptar il-Gdid f’Tal-Qroqq, il-Prim Ministru qal li meta Gvern Laburista ha t-tmexxija f’idejh, kien sab li l-pjanijiet kienu li dak li kien l-iSptar San Raffaele kellu jibqa’ jopera fl-istess hin mal-iSptar San Luqa. Gvern Laburista evalwa s-sitwazzjoni u wara diversi studji li ghamel sab li jkun ahjar li tkabbar l-iSptar il-Gdid f’tal-Qroqq biex jassumi x-xoghol kollu ta’ sptar generali, milli jkollok x-xoghol mediku maqsum fuq zewg sptarijiet b’duplikazzjoni kollha li din iggib maghha.


Il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant habbar ukoll pjani li ghaddejjin biex bhala parti mill-politika tas-sahha, l-iSptar il-Gdid ikun mghammar b’apparat modern u staff mediku addattat ghall-htigijiet tal-pazjenti. Ghaddejjin ukoll pjani biex l-isptar San Luqa jigi konvertit ghal uzu differenti minn dak li ghandu illum. Dr. Sant qal li sezzjoni mill-iSptar San Luqa tkun tista’ tiffunzjona biex tilqa fiha l-anzjani. Taqsima ohra tkun tista tigi konvertita ghall-uzu ta’ persuni b’dizabilita’ .

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

Aktar Stqarrijiet Right arrow