WHITE PAPER DWAR TIBDIL FIL-LIGIJIET TAC-CITTADINANZA U TA’ L-IMMIGRAZZJONI
Kif diga’ kien thabbar fi zmien il-budget, il-Gvern kien qieghed jistudja bir-reqqa tibdil li kien qed jigi propost ghall-ligijiet dwar ic-cittadinanza u l-immigrazzjoni. Ma’ dawn il-proposti zdiedu ohrajn li l-Gvern deherlu li wasal iz-zmien li jintroducihom u ghalhekk issa qed tinhareg din il-White Paper, li tfiehem fid-dettal it-tibdil kollu li qed jigi propost.
Kulhadd jaf kemm il-Gvern ghandu ghal qalbu lill-hutna Maltin li jinsabu barra minn Malta u li maghhom dejjem izomm kuntatti siewja u mill-qrib, halli jinzammu gholjin r-rabtiet ma’ Malta u l-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin fost l-emigranti jibqghu dejjem hajjin.
Biex dan kollu jkompli jissahhah, ser jinghata d-dritt li t-tfal mwielda barra minn Malta lill-emigranti Maltin ikollhom cittadinanza doppja huma wkoll, bhalma hu l-kaz tal-genituri taghhom. B’hekk il-Gvern ikun qed iwettaq mizura fejjieda ohra ma’ hutna l-emigranti.
Sabiex jinqata’ l-abbuz li jezisti bhalissa fil-ligi tac-cittadinanza fejn certi barranin jizzewgu Maltin sempliciment biex jiksbu d-dritt li jibqghu u jahdmu Malta, jew inkella biex jiksbu c-cittadinanza Maltija u konsegwentement passaport Malti, mhux ser ikun aktar possibbli li barranin japplikaw minnufih wara z-zwieg biex jakkwistaw ic-cittadinanza Maltija. Dan ser ikunu jistghu jaghmluh biss wara tlett snin mid-data taz-zwieg u sakemm il-koppja tkun ghada tghix flimkien.
Min-naha l-ohra izda, l-irgiel ta’ nisa Maltin li bhalissa ma jgawdux il-Freedom of Movement ser jinghataw dan id-dritt. Izda kemm huma, kif ukoll nisa barranin mizzewgin irgiel Maltin, ser ikunu jistghu jgawdu dan id-dritt wara tlett snin mid-data taz-zwieg taghhom, dejjem jekk ikunu qed jghixu man-nisa taghhom jew ma’ zwieghom.
... /...
Bidla ohra importanti li ser isseh hija li dawk iz-zghazagh li jridu jiddeciedu liema cittadinanza ser izommu - jekk hux dik Maltija jew xi cittadinanza ohra li ghandhom mit-twelid jew li akkwistaw wara t-twelid - bejn it-tmintax u d-dsatax-il sena, ser ikunu jistghu jiehdu din id-decizjoni bejn it-tmintax u l-hamsa u ghoxrin sena. Dan sabiex jinghataw opportunita’ akbar biex ikunu jistghu jaghmlu din id-decizjoni aktar bil-ghaqal u wara li jkunu temmew l-istudji taghhom.
Ser isir xi tibdil iehor biex isahhah id-dispozizzjonijiet attwali fil-ligi tac-cittadinanza doppja halli jaghmel din il-ligi aktar effettiva u permezz ta’ dan it-tibdil persuni li qabel ma kienux jikkwalifikaw biex ikollhom cittadinanza doppja - l-aktar nisa mizzewgin cittadini Inglizi - issa, dan ser ikun possibbli ghalihom.
Tibdil iehor jikkoncerna trabi abbandunati li ser jibdew jitqiesu li huma cittadini Maltin sakemm ma jkunx hemm provi ghal-kuntrarju u tibdil li huwa konsegwenzjali ghal-proposti li ssemmew aktar ‘l fuq.
Id-dettalji kollha dwar dan it-tibdil jinsabu fil-White Paper li qed tinhareg illum u qed jinghata zmien ta’ tlett xhur sabiex dawk kollha li ghandhom xi interess f’dan it-tibdil ikunu jistghu iressqu l-kummenti jew suggerimenti taghhom halli wara li jigu studjati l-Gvern ikun jista’ jressaq Abbozz ta’ Ligi fil-Parlament biex dan it-tibdil kollu jigi attwat.
Stqarrijiet Oħra:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923