IL-MINISTRU MICHAEL FARRUGIA JZUR IX-XOGHOL LI QIEGHED ISIR FL-ISPIZERIJA TAL-GVERN FIL-MOSTA
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-tabib Michael Farrugia dalghodu ghamel zjara fl-ispizerija tal-Mosta, fejn bhalissa qieghed isir xoghol estensiv ta’ struttura u modernizzar. F’din l-ispizerija ma kienx hemm post fejn wiehed jista’ jistenna sakemm jinqeda; konsegwenza ta’ dan, ic-cittadini kienu jistennew barra fix-xemx u x-xita.
Il-Ministru Farrugia habbar li dan ix-xoghol ser ikun lest sa l-ahhar tax-xahar t’Awissu u ser ikun jiswa’ madwar Lm9,000. Din l-ispizerija ser tkun mghammra bl-ahjar facilitajiet ghall-gid kemm tac-cittadini li jinqdew f’din l-ispizerija kif ukoll tal-haddiema.
Il-Ministru Michael Farrugia sahaq ukoll li mhux biss qed isir xoghol strutturali f’din l-ispizerija, izda bil-ftehim milhuq dan l-ahhar mar-rapprezentanti tal-haddiema, ser jizdiedu numru ta’ mpjegati sabiex is-sistema tkun aktar efficjenti u n-nies jinqdew aktar malajr.
It-tqassim ahjar tal-haddiema ser ikun mifrux ukoll fuq l-ispizeriji l-ohrajn kollha tad-dipartiment. B’hekk jittejjeb is-servizz lic-cittadini.
Il-Ministru Michael Farrugia sostna li kif tinfetah l-ispizerija fic-Centru tas-Sahha ta’ Birkirkara, il-pressjoni fuq l-ispizerija tal-Mosta tkompli tittaffa. L-istess ser jigri f’Rahal Gdid meta aktar tard din is-sena tinfetah l-ispizerija fic-Centru tas-Sahha ta’ Bormla. Wara t-tlestija tac-Centru tas-Sahha ta’ Bormla ser tigi rrangata l-ispizerija u c-Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid.
Stqarrijiet Oħra:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923