SENTINELLA TERGA’ TIBDA FIC-CITTADELLA
Ghat-tieni sena Sentinella - il-parata militari ta' zmien il-Gran Mastru Alof de Wignacourt - regghet bdiet tiehu postha fil-misrah tal-Katidral u inhawi ohra, bhala attrazzjoni turistika lokali u barranija sabiex tkabbar l-apprezzament u l-importanza ta' dan il-post storiku.
Il-parata jiehdu sehem fiha 24 ruh lebsin kostumi mlewna u bnadar mahduma fuq disinn tas-seklu 17 (1630-1650). L-ispettaklu jibda fil-1130 ta' filghodu bil-parata tas-suldati fil-misrah tac-Cittadella, segwit bit-tlugh tal-bandiera; wara is-suldati jiehdu posthom f'postijiet strategici madwar is-swar. Il-parata tas-suldati tirrepeti ruhha fil-misrah ghall-habta tas-1330. L-ispettaklu jintemm fit-1500. Sentinella ser tibda issir kull nhar ta' Hamis, Gimgha u s-Sibt, fil-hinijiet imsemmija.
Din hija inizzjattiva ohra tas-Segretarjat Parlamentri ghal Ghawdex, li giet ikkoordinata mid-Dipartiment tal-Kultura fi hdan is-Segretarjat, mill-Ministeru tat-Turizmu u mill-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turizmu ghal Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923