Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN U L-AMBJENT JILTAQA’ MA’ L-AMBAXXATUR TAL-KUWAJT.

PR1454
Date Icon 07/08/1998

L-Ambaxxatur tal-Kuwajt ghal Malta, l-Eccellenza Tieghu is-Sur Qasim Oman Al Yagout, li ser itemm il-hatra tieghu  fil-jiem li gejjin, ghamel zjara ta’ l-ahhar lill-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella.


Il-Ministru Vella wera x-xewqa li jissahhu r-rabtiet politici u kummercjali bejn iz-zewg pajjizi. Huwa habbar li l-Gvern Malti qed jahseb biex jibghat delegazzjoni fil-Kuwajt biex tistharreg l-opportunitajiet li jezistru f’dan il-pajjiz.


L-Ambaxxatur Al Yagout informa lill-Ministru Vella li delegazzjoni Parlamentari mill-Kuwajt ser zzur Malta aktar tard din is-sena.


Il-Vici Prim Ministru u l-Ambaxxatur Al Yagout tkellmu wkoll dwar ir-rikostruzzjoni u l-bini mill-gdid ta’ l-ekonomija tal-Kuwajt wara l-Gwerra tal-Golf.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

Aktar Stqarrijiet Right arrow