Left arrow Mur Lura

IL-PROGETT TAT-TERMINAL TAC-CIRKEWWA U L-IMGARR

PR1449
Date Icon 07/08/1998

Il-Ministru ghat-Trasport u l-Portijiet l-Onor, Joe Debono Grech dalghodu inawgura wirja f’Ghawdex dwar il-progett tat-terminal tac-Cirkewwa u l-Imgarr.


Bla dubju, wiehed mill-akbar progetti li qieghed jahdem fuqu l-Gvern hu dak li jtejjeb it-trasport bil-bahar bejn Malta u Ghawdex. Dan qieghed isir sabiex jitjieb il-qafas ekonomiku u socjali ta' Ghawdex billi jigi assigurat sistema ta' trasport efficjenti, regolari u moderna f'dawk li huma facilitajiet ghall-passiggieri kif ukoll f'dak li ghandu x'jaqsam ma’ harsien ta' sigurta'.


Ghal dan il-ghan, il-Gvern huwa marbut li jonfoq miljuni kbar ta' liri sabiex jinbnew vapuri godda kif ukoll sabiex titjieb l-infrastruttura tal-mollijiet u facilitajiet ohra fl-Imgarr u c-Cirkewwa.


Il-htiega ilha tinhass. L-izvilupp ekonomiku u socjali ta' Ghawdex huwa marbut ma' dik il-medda bahar li tifred iz-zewg gzejjer. Huwa importanti li f'Ghawdex inkomplu nsostnu t-turizmu; illi nassiguraw facilitajiet moderni u efficjenti ghat-taghbija u garr ta' merkanzija li tforni l-fabbriki u l-hwienet tal-kummerc; illi nipprovdu mezz ta' komunikazzjoni regulari illi jaqdi l-htigijiet socjali ta' haddiema u studenti Ghawdxin. Dan nistghu naghmluh biss billi jkun hemm xejn anqas minn bidla radikali fil-facilitajiet u mezzi ta' trasport bejn ic-Cirkewwa u l-Imgarr.


Ta' min wiehed jghid illi f'dawn l-ahhar snin kien qieghed dejjem jikber in-numru ta' passigieri u vetturi ohra li jaqsmu bejn Malta u Ghawdex bil-bahar. Qeghdin isiru madwar tmintax il-elf u hames mitt vjagg li fuqhom jingarru aktar minn zewg miljuni w nofs passiggieri u sitt mitt elf vettura fis-sena. Barra minhekk hemm xejriet cari li juru illi dawn ic-cifri sejrin ikomplu jizdiedu.


F'dan l-ahhar sena u nofs l-Awtorita' Marittima hadmet bla heda sabiex isiru pjanti u l-konsultazzjonijiet mehtiega ghall-izvilupp tal-mollijiet u facilitajiet ohra  fic-Cirkewwa u l-Imgarr. L-ewwel fazi li tinvolvi t-thammil fic-Cirkewwa tlestiet u x-xoghol  fuq il-kumplament miexi b'ritmu mghaggel.



.../...


Dan ix-xoghol jinvolvi:


- Tkabbir tal-breakwater sabiex ikun hemm aktar ilqugh.

- Reklamar ta' art mill-bahar sabiex jizdiedu l-ispazju ghall-vetturi.

- Titjieb fis-sistema tat-traffiku.

- Sistema li biha jonqos ir-raxx tal-mewg fuq passiggieri

 fix-xitwa waqt li jkunu qeghdin jistennew li jitilghu fuq l-vapur.                                                                                                                                                        

-Facilitajiet godda ghall-passiggieri permezz ta' Terminals fl-Imgarr u c-Cirkewwa                                                                                                  

-Sistema gdida li permezz taghha ma jkunx hemm tahlit bejn il-passiggieri u l-vetturi.

-Zieda fin-numru ta' rmiggi ghall-vapuri.


Il-vantaggi li dawn il-facilitajiet sejrin igibu maghhom jinkludu:


Servizz fiss u regulari


Permezz ta' tkabbir tal-breakwater li sejjer jaghti aktar protezzjoni mill-irjieh lill-vapuri meta jkunu qeghdin jitrakkaw, ser jonqos b'mod drastiku n-numru ta' drabi meta, minhabba l-maltemp, il-vapur ma jkunx jista' jopera mic-Cirkewwa. B'hekk il-passiggieri jkunu kwazi dejjem assigurati illi l-vapur sejjer jahdem minn post wiehed u mhux daqqa minn banda u daqqa minn ohra.


Servizz aktar efficjenti


Huwa mahsub illi permezz ta' facilitajiet li sejrin jigu pprovduti, il-vapur ikun jista' jhott u jtella' passiggieri u merkanzija fl-iqsar zmien.


Sigurta' ahjar ghall-passiggieri


Wahda mill-beneficji ewlenin ghas-sigurta' tal-passiggier sejra tkun il-mod gdid li bih il-passiggier jitla’ u jinzel minn fuq il-vapur minghajr ma jkun hemm xkiel u tahlit ma' vetturi u ingenji ohra ta' trasport.


Kumdita aktar ghal passiggier


Il-bini ta' terminals godda bil-facilitajiet kollha fic-Cirkewwa u l-Imgarr se tkun ta' benificcju kbir ghall-passiggier. Ma' dawn wiehed irrid izid is-sistema ahjar ta' parking u l-protezzjoni li s-sistema ta' l-ilqugh taghti mir-raxx ta' mewg partikularment fix-xitwa, waqt li l-passiggier ikun qieghed jistenna sabiex jitla’ fuq il-vapur.


Fil-bixra ta' dan kollu l-Gvern itenni l-impenn tieghu sabiex jassigura illi jkun hemm titjieb permezz ta' bidla radikali fi trasport bejn Malta u Ghawdex u dan sabiex insostnu l-qafas ekonomiku u socjali  f’Ghawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

Aktar Stqarrijiet Right arrow