Left arrow Go Back

IX-XOGHOL FUQ IL-BIR TAZ-ZEJT ‘MADONNA TAZ-ZEJT’ JINSAB AVVANZAT B’DSATAX-IL JUM

PR1447
Date Icon 07/08/1998

Dalghodu, il-Ministru Joe Mizzi zar is-sit fil-limiti ta’ Kercem fejn il-kumpanija parastatali Taljana SAIPEM Spa bhalissa qed thaffer il-bir Il-Madonna taz-Zejt.  Hu kien akkumpanjat mid-Direttur tad-Dipartiment ta’ l-Esplorazzjoni taz-Zejt u l-Area Manager tas-SAIPEM.


Il-Ministru ltaqa’ ma’ bosta haddiema Maltin u Ghawdxin li jahdmu fuq il-bir u staqsiehom dwar il-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom. Madwar 35 haddiema lokali  huma impjegati bhala ufficjali tas-sigurtà skrivan/infermier, roustabouts, floormen, derrickmen, welders, mechanics, electricians u assistant drillers.  Dawn jahdmu fuq sistema ta’ shift ta’ 12-il siegha mis-7 ta’ filghodu sas-7 ta’ filghaxija, fuq gimgha ta’ sebat ijiem.  Il-Ministru ra b’ghajnejh il-progress li kien qed isir fit-thaffir u ddiskuta ma’ l-istaff tas-SAIPEM ix-xoghol li issa kien imiss.


Il-bir s’issa jilhaq fond ta’ 2700m, jigifieri aktar min-nofs tal-5000m li jrid jinzel. Ix-xoghol ghaddej harir u t-thaffir jinsab avvanzat b’dsatax-il jum. Dan il-pass mghaggel fix-xoghol huwa dovut ghall-zewg fatturi: wahda, l-esperjenza kbira li ghandha s-SAIPEM tat-thaffir f’nofs il-Mediterran u t-tieni ghat-taghmir modern li qieghda tuza l-kumpannija fuq il-bir ta’ Kercem. Forsi fl-industrija taz-zejt jghidu li l-bir Il-Madonna taz-Zejt huwa xempju ta’ teknologija moderna.


Is-sekwenza geologika li thaffret s’issa hija inkoragganti u fil-fatt tikkonferma l-ghan stratigrafiku tal-bir, jigifieri li Ghawdex jinsab fil-basin tax-xlokk ta’ Sqallija.  Apparti minn hekk, tfaccat ukoll certa hxuna ta’ blat b’kontenut gmielu ta’ bitumen.  Ghalkemm dan il-bitumen fih innifsu m’ghandu ebda valur ekonomiku, il-fatt li nstab fil-kwantita’ li nstab, jaghti wiehed x’jifhem li hemm ghejjun ta’ zejt fl-inhawi. Dan hu ta’ awgurju ghall-oggettivi li  mistennija jkunu mehtiega fil-gimghat li gejjin. Sadanittant f’laboratorju specjali barra minn pajjizna, kampjuni tal-bitumen li nstab f’Kercem qieghdin jigu analizzati biex jigu stabbiliti origini u l-istorja geologika tieghu.


... / ...


Il-progett huwa ffinanzjat kollu kemm hu mir-Raba’ Protokoll ghall-Koperazzjoni Teknika u Finanzjarja li Malta ghandha ma’ l-Italja. Il-progett kien diskuss ma’ l-awtoritajiet Taljani l-ewwel darba f’Ruma fi Frar tas-sena li ghaddiet u, xahar wara, f’Malta meta kien hemm il-go ahead biex jibda l-progett. Il-kumpannija Taljana parastatali SAIPEM Spa ntaghzlet mill-Gvern f’Awissu tas-sena l-ohra, waqt li l-kuntratt kien gie ffirmat f’Novembru ta’ l-istess sena. Ftit jiem wara, il-Ministru Joe Mizzi habbar il-progett fil-Parlament waqt id-dibattitu fuq il-Budget.


L-Oppozizzjoni Nazzjonalista kienet ikkritikat il-progett fil-Parlament minhabba dak li hi sejhet bhala ragunijiet ambjentali. Madankollu l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar kienet harget il-permessi mehtiega fi Frar ta’ din is-sena wara li l-Gvern ipprezenta l-istudji ambjentali mehtiega.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Fondi Ewropej mill-programm Erasmus+ biex jissaħħaħ l-iżvilupp professjonali tal-edukaturi

PR261925

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow