IL-MINISTRU MICHAEL FARRUGIA IQASSAM ITTRI TA’ HATRA
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja Dr. Michael Farrugia, cahad li xi darba jew x’imkien iltaqa’ ma’ xi hadd u gie diskuss xi hlas ta’ ikel jew X-Rays fl-isptarijiet u klinici governattivi. Huwa qal ukoll li l-persuna li ssemmiet li kien prezenti waqt dawn il-laqghat cahdet ukoll li ssemma xi hlas ghall-ikel u X-Rays.
Il-Ministru Michael Farrugia qal dan waqt li kien qieghed iqassam ittri ta’ hatra lill ghadd ta’ impjegati f’diversi taqsimiet tad-Dipartiment tas-Sahha fosthom, Konsulent, Pharmacy Technicians u Fizjoterapisti.
Huwa habbar ukoll li fil-jiem li ghaddew il-man power plan gie ffinalizzat. Bis-sahha ta’ hekk bdew isiru diversi talbiet quddiem il-Kumitat tal-Kabinett ghall-Ingagg ta’ l-Impjegati, li fosthom gew approvati jew saru talbiet ghal 27 post ta’ Konsulent u 24 post ta’ Senior Registrars mad-Dipartiment tas-Sahha.
Il-Ministru Farrugia qal ukoll li diversi haddiema kazwali li huma impjegati mad-Dipartiment tas-Sahha qed isirilhom il-process sabiex ikollhom il-post permanenti. Il-Ministru Farrugia enfasizza l-bzonn li kull impjegat, mill-kbir saz-zghir, ikun accountable, ghaliex fl-ahhar mill-ahhar kull impjegat jahdem ghall-gid tal-pazjent.
.../...
IL-LISTA TA’ HATRIET IMQASSMA
Consultant Pathologist (Histopathology)
Dr. James Degaetano
Senior Medical Officer (Public Health)
Dr. Carmen Gauci
Psychologist (Clinical)
Ms Cynthia Fenech
Senior Pharmacy Technician
Mr Jesmond Abela
Mr Richard Vella
Mr Mario Abela
Mr Domenic Azzopardi
Physiotherapists
Ms M’Claire Zammit
Ms Stefania Casha
Ms Jennifer Mallia
Ms Angele Debattista
Mr Patrick Milton
Ms Elaine Zammit
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN