ZIEDA FIL-PRODUZZJONI TAT-TADAM GHALL-GHASIR U FL-ESPORTAZZJONI TA’ PRODOTTI TAT-TADAM IPPROCESSATI LOKALMENT
Il-prezz minimu garantit u ssussidjat ghat-tadam ghall-ghasir li jkabbru l-bdiewa tal-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea huwa ta’ 9.022 ECU kull 100 kilo tadam, jigifieri 4c-il kilo f’kalkolu ta’ flus Maltin. Filwaqt li l-prezzijiet tat-tadam ghall-ghasir tal-bdiewa Maltin u Ghawdxin jvarjaw minn 7c u 9c-il kilo skond it-tip u l-kwalita’ tat-tadam.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia lill-komunita’ tal-bdiewa f’Burmarrad li jkabbru t-tadam ghall-ghasir ghall-industrija ta’ l-ipprocessar.
Dawn il-fatti juru bic-car li bi shubija shiha fl-Unjoni Ewropea l-bdiewa Maltin u Ghawdxin, li jkabbru t-tadam ghall-ghasir, jitilfu bejn 3c u 4c fil-kilo u mhux igibu prezzijiet ahjar, kif qed jinghad mill-Oppozizzjoni Nazzjonalista.
Dan ifisser, kompla jghid l-Ministru Noel Farrugia, li jekk Malta veru ssir membru shih ta’ l-Unjoni Ewropea tispicca l-industrija lokali tat-tkabbir u l-ipprocessar tat-tadam, li jsarraf f’telf ta’ impiegi u dhul anqas ghall-bdiewa Maltin.
Izda dan il-gwaj ghas-Settur tal-Biedja u l-Agro-Industrija lokali, gie evitat kompletament matul dawn l-ahhar 22 xahar ta’ Gvern Laburista.
Matul l-1997 u l-1998 gew esportati ’l fuq minn 1,300 tunnellata ta’ prodotti tat-tadam ipprocessati fl-Agro-Industrija lokali. Dan il-pass gholla aktar l-isem ta’ l-Agro-Industrija lokali tat-tadam mal-konsumaturi lokali u barranin, b’rizultat li holoq domanda akbar ghall-prodotti tal-bdiewa Maltin u Ghawdxin.
Din is-sena l-bdiewa diga’ kellhom zieda ta’ 40 fil-mija fuq il-produzzjoni tat-tadam ghall-ghasir meta pparagunat mas-sena l-ohra u dan se jgib dhul ahjar lill-bidwi.
.../...
S’issa ma dahal l-ebda rapport ufficjali dwar diceriji li hawn l-industriji ta’ l-ipprocessar li ma humiex jonoraw il-prezzijiet miftiehem mal-bdiewa u jekk kemm-il darba dan jirrizulta, il-Ministeru se jinvestiga minnufih biex ma jkunx tollerat ebda abbuz kontra l-bdiewa.
Il-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia temm jghid li l-Gvern Laburista jrid li l-produzzjoni tat-tadam ghall-ghasir tkun parti integrali mill-Biedja Maltija u ghalhekk iz-zona ta’ Kummerc Industrijali Hieles mal-UE teskludi s-setturi tal-Biedja u s-Sajd.
Other Press Releases:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923