Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI U KUMMERC

PR1437
Date Icon 05/08/1998

Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerc Leo Brincat, filwaqt li jirreferi ghall-istqarrija mahruga mill-Ufficju  Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, illum 5 ta’ Awwissu, 1998, jichad kategorikament li Gvern Laburista gdid ser jaghmel xi taxxa gdida ta’ 21% fuq prodotti maghmula Malta kif allegat l-istess stqarrija.


Kif jafu tajjeb il-Korpi Kostitwiti u kif kemm-il darba gie spjegat pubblikament minn kelliema tal-Gvern, dak li qed jigi propost mill-Gvern, fil-kors ta’ diskussjonijiet ma’ l-Unjoni Ewropea li ilhom ghaddejjin ghal iktar minn sena, huwa li f’perjodu ta’ zmien ta’ bejn tlieta u seba’ snin kif miftiehem minn qabel ma’ l-Unjoni Ewropea, u b’konsultazzjoni shiha ma l-istess Korpi Kostitwiti, titnehha gradatament is-sistema tal-levies u minflokha tiddahhal gradatament sisa ta’ 15% fuq il-valur fil-fabbrika ta’ prodotti mahdumin lokalment ghas-suq lokali. Dan hu mehtieg taht ftehim ta’ Zona ta’ Kummerc Hieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.


Il-Ministru jixtieq ifakkar li l-Gvern Nazzjonalista precedenti kien diga’ ikkommetta ruhu ma’ L-Unjoni Ewropea li sas-sena 1996 kellhom jitnehhew nofs il-levies ezistenti. Gvern Laburista ma mexiex ma’ dan u minnflok halla l-levies kollha fejn kienu u ddikjara li dawn iridu jitnehhew gradatament f’perjodu ta’ mhux inqas minn seba’ snin. Fl-istess hin, konxju mill-importanza ta’ l-industrija li tahdem prodotti ghas-suq lokali, il-Gvern dahhal sisa ta’ 15% fuq il-valur CIF ta’ prodotti importati lesti filwaqt li ezenta mill-istess sisa hafna mill-materjal industrijali li jintuza fi prodotti lokali kkunsmati f’Malta. Kulhadd jaf, inkluz il-Partit Nazzjonalista, li dawn il-mizuri ta’ protezzjoni li sostna Gvern Laburista jridu jitnehhew taht kwalunkwe forma ta’ ftehim ta’ shubija ma’ l-Unjoni Ewropea.


                                                                                                     .../...




Il-Ministru jzid jghid ukoll li l-Gvern Laburista ma waqafx hawn. Fl-isfond tar-ristrutturazzjoni ta’ l-industrija lokali li tehtieg issir taht ftehim dwar Zona ta’ Kummerc Hieles, il-Gvern Laburista diga’ alloka fondi u qed jitlob fondi minghand l-Unjoni Ewropea sabiex tkun tista’ tinghata l-ghajnuna kollha mehtiega lill-industrija Maltija li tkun tehtieg tirristruttura. Il-Gvern diga’ haseb ukoll sabiex, bil-partecipazzjoni shiha tal-Korpi Kostitwiti, johloq dawk l-istituzzjonijiet, partikolarment l-Istitut ghall-Promozzjoni tal-Intraprizi z-Zghar (I.P.S.E.), li jridu jiehdu hsieb il-process ta’ ristrutturazzjoni ta’ l-industrija lokali. Dwar dan Gvern Nazzjonalista precedenti f’disa’ snin shah ma kien haseb assolutament xejn minkejja l-isforzi sfrenati li ghamel sabiex idahhal lil Malta bhala membru shih ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

Aktar Stqarrijiet Right arrow