Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAS-SAHHA, KURA GHALL-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA

PR1427
Date Icon 04/08/1998

Mill-ewwel sieghat tal-kampanja elettorali johrog car li l-Partit Nazzjonalista ghazel li jimxi fuq strategija ta’ ngann biex jallarma lill-poplu b’invenzjonijiet li m’ghandhom ebda bazi ta’ verita’.


Il-Hadd li ghadda, il-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja diga’ cahad kategorikalment li mhux minnu li kien hemm xi indikazzjoni li Gvern Laburista kellu hsieb li jintroduci xi forma ta’ hlas mill-pazjenti biex jieklu waqt li jkunu rikoverati fl-iSptar.  Din l-invenzjoni hareg biha l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni waqt id-diskors tieghu l-Hadd 2 ta’ Awissu 1998.


Minkejja din ic-cahda, il-kelliemi ghall-Oppozizzjoni fuq is-sahha, Dr. Louis Deguara issa rega’ rrepeta din il-gidba u qal li l-Ministru responsabbli mis-Sahha, Dr.Michael Farrugia kien waqt xi laqgha mas-CGMO u hamsa ohra, fejn ta’ xi struzzjonijiet biex l-ikel lill-pazjenti ta’ l-iSptar Zammit Clapp jibda jinghata bi hlas li jrid isir mill-pazjenti.  Dr. Deguara allega ukoll li l-Ministru ta xi struzzjonijiet li din il-mizura ghandha tigi estiza lill-isptarijiet lokali tal-Gvern.


Kif diga’ giet michuda fl-istqarrija tal-Hadd li ghadda, l-Ministru Dr. Michael Farrugia jerga’ jichad kategorikament li saret xi laqgha li matulha ta struzzjonijiet biex il-pazjenti ta’ xi sptar tal-Gvern ghandhom jibdew ihallsu ghall-ikel.


Fil-kumment tieghu fuq Radio 101, Dr. Louis Deguara mar oltre bl-invenzjonijiet.  Dr. Deguara allega li l-Ministru Michael Farrugia ta xi struzzjonijiet biex ic-cittadini jibdew ihallsu ghall-X-Rays li jittiehdu fl-iSptar San Luqa.


Il-Ministru Dr. Michael Farrugia jichad kategorikament ukoll li xi darba dan is-suggett gie diskuss.



... / ...


Galadarba Dr. Louis Deguara sejjer jibqa’ ghaddej bl-invenzjonijiet intenzjonati biex jallarmaw il-pubbliku, Il-Ministru Dr. Michael Farrugia jkollu bilfors jisfida lil Dr. Deguara biex jippubblika l-provi li ghandu ghal dak li qed jinghad.  Fin-nuqqas li jippubblika dawn il-provi, Dr. Louis Deguara ghandu obbligu li jammetti pubblikalment li ma qalx il-verita’.

Dr. Louis Deguara messu ghadu jiftakar x’qal fuq in-Net Television fil-21 ta’ Mejju, 1998.  Dr. Deguara kien iddikjara hekk:  “Nahseb li wiehed ghandu jifhem li kull gvern u kull poplu ser ikollu finalment is-servizzi tas-sahha li hu kapaci u hu lest li jhallas ghalihom.”  


Dan il-kumment juri bic-car, li kien il-kelliemi dwar is-sahha tal-Partit Nazzjonalista li stqarr fil-pubbliku, li ghandu l-intenzjoni li jintroduci hlasijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

Aktar Stqarrijiet Right arrow