STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAS-SAHHA, KURA GHALL-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA
Mill-ewwel sieghat tal-kampanja elettorali johrog car li l-Partit Nazzjonalista ghazel li jimxi fuq strategija ta’ ngann biex jallarma lill-poplu b’invenzjonijiet li m’ghandhom ebda bazi ta’ verita’.
Il-Hadd li ghadda, il-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja diga’ cahad kategorikalment li mhux minnu li kien hemm xi indikazzjoni li Gvern Laburista kellu hsieb li jintroduci xi forma ta’ hlas mill-pazjenti biex jieklu waqt li jkunu rikoverati fl-iSptar. Din l-invenzjoni hareg biha l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni waqt id-diskors tieghu l-Hadd 2 ta’ Awissu 1998.
Minkejja din ic-cahda, il-kelliemi ghall-Oppozizzjoni fuq is-sahha, Dr. Louis Deguara issa rega’ rrepeta din il-gidba u qal li l-Ministru responsabbli mis-Sahha, Dr.Michael Farrugia kien waqt xi laqgha mas-CGMO u hamsa ohra, fejn ta’ xi struzzjonijiet biex l-ikel lill-pazjenti ta’ l-iSptar Zammit Clapp jibda jinghata bi hlas li jrid isir mill-pazjenti. Dr. Deguara allega ukoll li l-Ministru ta xi struzzjonijiet li din il-mizura ghandha tigi estiza lill-isptarijiet lokali tal-Gvern.
Kif diga’ giet michuda fl-istqarrija tal-Hadd li ghadda, l-Ministru Dr. Michael Farrugia jerga’ jichad kategorikament li saret xi laqgha li matulha ta struzzjonijiet biex il-pazjenti ta’ xi sptar tal-Gvern ghandhom jibdew ihallsu ghall-ikel.
Fil-kumment tieghu fuq Radio 101, Dr. Louis Deguara mar oltre bl-invenzjonijiet. Dr. Deguara allega li l-Ministru Michael Farrugia ta xi struzzjonijiet biex ic-cittadini jibdew ihallsu ghall-X-Rays li jittiehdu fl-iSptar San Luqa.
Il-Ministru Dr. Michael Farrugia jichad kategorikament ukoll li xi darba dan is-suggett gie diskuss.
... / ...
Galadarba Dr. Louis Deguara sejjer jibqa’ ghaddej bl-invenzjonijiet intenzjonati biex jallarmaw il-pubbliku, Il-Ministru Dr. Michael Farrugia jkollu bilfors jisfida lil Dr. Deguara biex jippubblika l-provi li ghandu ghal dak li qed jinghad. Fin-nuqqas li jippubblika dawn il-provi, Dr. Louis Deguara ghandu obbligu li jammetti pubblikalment li ma qalx il-verita’.
Dr. Louis Deguara messu ghadu jiftakar x’qal fuq in-Net Television fil-21 ta’ Mejju, 1998. Dr. Deguara kien iddikjara hekk: “Nahseb li wiehed ghandu jifhem li kull gvern u kull poplu ser ikollu finalment is-servizzi tas-sahha li hu kapaci u hu lest li jhallas ghalihom.”
Dan il-kumment juri bic-car, li kien il-kelliemi dwar is-sahha tal-Partit Nazzjonalista li stqarr fil-pubbliku, li ghandu l-intenzjoni li jintroduci hlasijiet.
Other Press Releases:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923