Left arrow Go Back

IL-PARLAMENT XOLJA : ELEZZJONI FIL-5 TA’ SETTEMBRU 1998

PR1411
Date Icon 03/08/1998

F’konferenza ta’ l-ahbarijiet  dalghodu, il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant  habbar li llum kien mar ghand il-President tar-Repubblika ta’ Malta u kien tah il-parir biex ixolji l-Parlament b’effett mil-lum u biex jittiehdu l-passi mehtiega biex issir Elezzjoni Generali nhar is-Sibt 5 ta’ Settembu 1998.


Il-Prim Ministru qal li dan kien segwitu ta’ l-izviluppi politici li kienu sehhew, wara li fl-ahhar xhur il-Gvern kellu diffikulta biex jghaddi mill-Parlament xoghol ta’ importanza ghan-nazzjon. Dr.Sant zied jghid li r-rezistenza li sab il-Gvern min-naha ta’ l-Oppozizzjoni u deputat min-naha tal-Gvern wassal biex ma jghaddix il-vot dwar il-progett tal-Kottonera, u wara, biex ma tghaddix il-ligi dwar it-twaqqif ta’ l-Awtorita’ tat-Turizmu li dwarha suppost kien jezisti consensus


Dr. Sant qal li l-impasse li nqala’ fil-Parlament tahti ghalih l-Oppozizzjoni Nazzjonalista ghax dawn ma accettawx li jaqblu ma’ proposti tal-Gvern li kienu mija fil-mija fl-interess nazzjonali u ragonevoli, kif  ukoll minhabba l-gerrymandering li sar qabel l-elezzjoni generali li ghaddiet. F’din l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista, li kellu mat-tmint elef vot anqas mill-Partit Laburista, spicca bi tliet siggijiet aktar. Wara, b’effett tal-mizura korrettiva skond l-emenda kostituzzjonali li kienet iddahlet fl-1987, il-Partit Laburista gie b’siggu wiehed biss minn fuq.


Fil-konferenza ta’ l-ahbarijiet, il-Prim Ministru semma r-record tal-Gvern Laburista f’dawn l-ahhar 22 xahar. Qal li kien record li johrog direttament mit-twettieq tal-Manifest Elettorali Laburista ta’ Ottubru 1996. Dr. Sant qal li l-Gvern ghamel hafna passi ’l quddiem f’dak li ghandu x’jaqsam mat-twettieq ta’ dak li kien gie imwieghed. Fost l-ohrajn semma l-performance tajba fit-turizmu, l-istimulu gdid lill-esportazzjoni industrijali, il-bdil fir-rotta f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll  it-twettieq tal-weghda li titnehha l-VAT u minflokha tidhol it-taxxa tas-sisa u dazji, taxxa li qed trendi aktar lil Gvern milli kienet trendi  l-VAT. Twettqu ukoll l-weghdi elettorali f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-ambjent f’oqsma bhall-kacca u l-insib kif ukoll dik li l-Gvern jaghti spinta kbira ’l quddiem lill-qasam edukattiv, lit-tmexxija professjonali tas-servizz ta’ sigurta’ u s-servizz tal-pulizija f’pajjizna.



... / ...




Il-Prim Ministru fakkar li l-Gvern dejjem ried li jahdem fuq bazi ta’ hames snin. Effetivament f’diversi oqsma ta’ politika,  xoghol il-Gvern ghadu work in progress. Aktar u aktar ghax kien hemm ukoll aspett tax-xoghol tal-Gvern li kien jirrelata mal-hidma intensiva li saret biex il-finanzi tal-Gvern li thallew fi stat dizastruz mill-amministrazzjoni precedenti jergghu jitpoggew fuq bazi soda u serja.


Dr.Alfred Sant qal li l-proposti li issa ser ikun qed jaghmel il-Partit Laburista  ghall-kampanja elettorali huma fuq il-bazi ta’ konsolidament u t-tkomplija ta’ inizjattivi li bdew kif ukoll ta’ certi inizjattivi godda li johorgu mill-esperjenza li l-Gvern ha f’dawn l-ahhar tnejn u ghoxrin xahar. Ghal ’l quddiem  hemm il-htiega li s-servizzi  tal-Gvern  isiru mhux biss aktar efficjenti izda wkoll aktar miftuha lejn l-aspirazzjonijiet u l-htigijiet tac-cittadini.


Il-Prim Ministru temm jghid li kien ihossu kburi bir-record tal-Gvern Laburista. Huwa rringrazzja lill-kollegi tieghu tal-Kabinett kif ukoll lis-Segretarji Parlamentari li hadmu bla heda f’cirkustanzi li mhux dejjem kienu facli. Irringrazzja wkoll lil dawk fil-Grupp Parlamentari li baqghu leali,  ghall-appogg u x-xoghol li taw lill-Gvern. Qal li kien jinsab konvint li jezisti mill-gdid Winning Team quddiem il-poplu Malti u Ghawdxi li ser jerga’ jinghata mandat gdid elettorali biex iwettaq sa l-ahhar, il-proposti kollha tal-Partit Laburista Gdid. B’hekk biss tista’ tinbena Malta Moderna, ghall-gid tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

More Press Releases Right arrow