XOLJIMENT TAL-PARLAMENT
Il-Prim Ministru, l-Onorevoli Dottor Alfred Sant, illum ta l-parir lill-President ta’ Malta biex ixolji l-Parlament bi proklama kif mahsub fl-artikolu 76 tal-Kostituzzjoni. Il-President ma deherlux li ghandu jezercita d-diskrezzjoni li jirrifjuta li jxolji l-Parlament, kif is-subartikolu (5)(c) ta’ l-istess artikolu jaghtih is-setgha li jaghmel, billi ma jqisx li huwa fl-interess ta’ Malta li l-Gvern jitkompla minghajr ma tkun tezisti fil-Parlament maggoranza li ssostnih konsistentement.
Il-Prim Ministru wkoll ta parir lill-President li jistabilixxi bi proklama d-data tal-5 ta’ Settembru, 1998 ghall-Elezzjoni Generali skond l-artikolu 77. Il-Prim Ministru bil-Kabinett tieghu ghandu jkompli fid-direzzjoni generali u l-kontroll tal-Gvern ghal dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni ordinarja, salv dak li hemm mahsub fl-artikolu 76(4) tal-Kostituzzjoni.
Other Press Releases:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923