IL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN IWIEGEB LILL-ONOR. JOE BORG DWAR IZ-ZONA TA’ KUMMERC HIELES
F’bulettin ta' l-ahbarijiet imxandar illum il-kelliem ta’ l-Oppozizzjoni l-Onor. Joe Borg, qal li l-politika tal-Gvern dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea tmur kontra l-programm elettorali ta’ l-istess Gvern Laburista.
L-Onor Dr Borg ikkwota mill-Programm Elettorali tal-Partit Laburista li kien wieghed li meta jkun fil-gvern kien ser ifittex biex jilhaq arrangamenti kuntrattwali mill-Unjoni Ewropeja dwar Zona ta' Kummerc Industriali Hieles fuq medda ta' snin. Illum il-Gvern qed jiddiskuti ma' l-Ewropa Zona ta' Kummerc Hieles. Skond Dr Borg, iz-Zona ta' Kummerc Industrijali Hieles tikkunsidra biss prodotti ta' manifattura, filwaqt li Zona ta' Kummerc Hieles tinkludi l-agrikoltura kif ukoll prodotti pprocessati tal-biedja Dr. Borg kompla jghid li mid-diskussjonijiet li saru mal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropeja johrog car li l-biedja u prodotti processati tal-biedja ser ikunu inkluzi fil-ftehim. Allura, kkonkluda Dr Borg, il-Gvern kien qieghed jinganna bil-poplu meta qabel l-elezzjoni qal li ser jinnegozja prodotti tal-manifattura filwaqt li issa qed jitkellem kemm fuq il-manifattura kif ukoll fuq il-biedja.
Fi Frar ta' din is-sena, meta ppubblikat il-komunikazzjoni taghha dwar ir-relazzjonijiet ma' Malta, il-Kummissjoni kienet semmiet li ftehim dwar il-kummerc hieles jehtieg jinkludi kemm il-biedja kif ukoll prodotti mahdumin tal-biedja.
Waqt l-ewwel tahdidiet li saru f'Gunju, il-Gvern sostna li l-biedja, kif ukoll prodotti mahdumin tal-biedja, ghandhom jithallew barra mid-diskussjonijiet. Dan minhabba li kemm Malta kif ukoll l-Ewropa joffru protezzjoni, kemm ghall-biedja, kif ukoll ghall-prodotti pprocessati tal-biedja. Fil-kaz ta' Malta bil-levies; fil-kaz ta' l-Ewropa bil-politika komuni ta' l-agrikoltura. Minkejja dan, il-Gvern informa lill-Kummissjoni li jista’ joffri xi tnaqqis minn xi levies galadarba l-Unjoni tkun lesta li taghti lil Malta koncessjonijiet kemm fil-biedja kif ukoll fuq prodotti manifatturati tal-biedja.
.. /2
Il-Kummissjoni nnotat il-proposta tal-Gvern u ssuggeriet li tibghat delegazzjoni ohra biex tistudja s-sitwazzjoni tal-biedja f'Malta u l-processi tal-manifattura ta' prodotti a bazi tal-biedja.
Wara li jigu ffinalizzati l-istudji, wiehed jikkonsidra x'jista joffri ghan-negozjati u jizen dak li jista’ jigi miksub. Il-Gvern mhu ser joffri xejn b'xejn u l-pozizzjoni tieghu ghamilha cara sa mill-bidu.
Huwa prematur ghall-Onor. Dr Joe Borg li jghid affarijiet li ghad iridu jigu diskussi. Diga` ntwera bic-car li hafna previzjonijiet li huwa u shabu ghamlu dwar l-Ewropa, u dwar kif din kienet se tirreagixxi ghall-proposti taghna, kienu zbaljati.
Ghal darb'ohra dan li qieghed jinghad huwa zbaljat u qieghed jintuza biss bhala mezz ta' propaganda.
Jibqa' ghalhekk il-fatt li mhux validu u mhux serju li wiehed jghid li l-Gvern qed jinganna bil-poplu. Il-Gvern qed jimxi skond l-esigenzi taz-zminijiet u l-interessi ta' Malta. Iz-zmien jaghti parir dwar min, fil-fatt, inganna bil-poplu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923