MAHTUR IL-BORD GHALL-IMPLEMENTAZZJONI TAL-PJAN REGJONALI GHAN-NOFSINHAR TA’ MALTA
Wara li saret it-Tieni Konferenza dwar il-Pjan ta’ Zvilupp Socjo-Ekonomiku ghan-Nofsinhar ta’ Malta gie deciz minn min se jkun maghmul il-Bord ghall-Implementazzjoni tal-istess pjan. Il-Konferenza imsemmija kienet iddecidiet unanimament li kellu jinhatar dan il-Bord li se jkollu bhala dmir ewlieni li jiffissa l-prijoritajiet u jikkordina x-xoghol tat-twettieq. Bhala Chairperson inhatar il-Perit Lino Bianco.
Dan il-Bord se jkun maghmul minn rapprezentant wiehed minn kull naha tal-Kamra tar-Rapprezentanti, zewg rapprezentanti mill-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, rapprezentant mill-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni u esperti fl-oqsma manigerjali u finanzjarji. Dan il-Bord se jkun jaqa’ taht ir-responsabbilta’ tal-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, s-Sur Alfred Portelli.
Il-Konferenza ta’ Lulju kienet iddecidiet li sa tmiem ix-xahar ta’ Settembru ta’ din is-sena kellhom jigu finalizzati l-prijoritajiet tal-bosta proposti imsemmija fil-Pjan Regjonali ta’ Zvilupp Socjo-Ekonomiku ghan-Nofsinhar ta’ Malta. Dan il-pjan kien gie approvat unanimament mid-delegati prezenti, inkluzi r-rapprezentanti taz-zewg partiti rapprezentati fil-Parlament.
Other Press Releases:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923