STQARRIJA GHALL-ISTAMPA MAHRUGA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI U KUMMERC, IS-SUR LEO BRINCAT
Nirreferi ghall-istqarrija ta’ l-Onorevoli Josef Bonnici dwar il-profitti tas-settur kummercjali u d-dhul tal-haddiema hekk kif irrapportati fil-Prodott Gross Domestiku.
Il-kelliemi ta’ l-Oppozizzjoni ghogbu jerga’ jkun silettiv hafna fin-numri li juza kif ukoll krejattiv hafna fil-mod kif jghaqqad haga m’ohra. L-Onorevoli Bonnici ghogbu jimplika illi d-dhul tas-CET f’Lulju tas-sena li ghaddiet ikkawzat waqgha fil-profitti tas-settur kummercjali u biex jissostanzja dan ghamel analizi parzjali tas-settur kummercjali fuq perjodi ta’ tliet xhur il-wiehed minn wara l-introduzzjoni tas-sistema gdida ta’ tassazzjoni. Ghalkemm analizi bhal din tista’ tkun politikament konvenjenti, ikun aktar xieraq u korrett li wiehed ihares lejn l-andament tas-settur fuq perjodi kemmxejn itwal.
L-Onorevoli Bonnici zgur li jaf illi min-nofs l-1995, il-profitti tas-settur kummercjali bdew juru tnaqqis sostanzjali kemm f’termini nominali u anke f’termini reali meta pparagunati ma’ l-istess perjodu s-sena ta’ qabel. Dan in-nuqqas kompla jikkarga sa nofs l-1996 u f’termini nominali varja bejn il- 5.2% u 7.2%. F’termini reali dan in-nuqqas anke lahaq sa 10%. Il-profitti tas-settur kummercjali waqghu kemm f’termini nominali kif ukoll f’termini reali fl-1996 meta mqabblin mas-sena ta’ qabel. Dak stagnar Onorevli Bonnici! Minn wara din id-daqqa kbira, is-settur beda jirpilja b’tali mod illi l-girja kbira ghan-nizla li s-settur kien qabad giet mwaqqfa matul l-1997.
Meta wiehed ihares lejn dawn il-fatti, ma jibqax wisq dubju illi l-konkluzjoni li l-kelliem ta’ l-Oppozizzjoni qieghed jasal ghalihom ma jregux. Ghaliex jekk wiehed juza l-istess logika u linja ta’ hsieb ta’ l-Onorevoli Bonnici, wiehed malajr jasal ghall-konkluzjoni illi d-daqqa l-isfel lis-settur kummercjali taghtielu s-sistema tal-VAT li l-Gvern Nazzjonalista dahhal fil-bidu tal-1995. Tant hu hekk it-triq ghan-nizla ghas-settur bdiet ftit xhur wara l-introduzzjoni tal-VAT u kompliet fis-snin ta’ wara. Fuq kollox, jekk wiehed ikompli jestendi l-logika tal-kelliem ta’ l-Oppozizzjoni, wiehed jista’ jasal ghall-konkluzjoni illi d-dhul tas-CET mhux talli ma fixkilx il-kummerc, izda ghin biex dan is-settur importanti jibda’ jirkupra bil-mod mid-daqqa kbira li qala’ wara d-dhul tal-VAT.
Imbaghad, l-Onorevoli Bonnici rega’ pprova jgebbed l-argument tieghu illi d-dhul tal-haddiema naqas. Nergghu insostnu illi r-rizultati miksuba mill-Onorevoli Bonnici huma mibnija fuq il-medja u ghaldaqstant qeghdin jaghtu stampa sfukata sewwa tas-sitwazzjoni reali. Analizi aktar xierqa ghandha ssir fuq bazi settorali.
.. /2
Fl-ahhar, il-kelliem ta’ l-Oppozizzjoni ghogbu jerga’ jtenni l-argument tieghu illi l-Gvern Laburista ghandu politika ekonomika hazina. Fl-ahhar stqarrija taghna diga wrejna kif f’hafna setturi l-politika tal-Gvern qieghda thalli rizultati tajbin hafna. Tlabna wkoll lill-Onorevoli Bonnici jkun aktar specifika u jghidilna minghajr tlaqliq jekk ir-rizultati miksuba f’dawn is-setturi humiex rizultat ta’ “tmexxija ekonomika konfuza” kif qieghed isejhilha hu. Minflok irrisponda ghogbu jerga’ jitfa’ hafna duhhan bl-iskop illi jhawwad l-imhuh u xejn aktar.
Ahna, filwaqt illi nirrikonoxxu l-bzonn ta’ hafna aktar xoghol biex inkomplu ntejbu l-qaghda ekonomika u finanzjarja tal-pajjiz, inhossuna konvinti illi issa li qbadna r-rankatura l-politika taghna se tkompli taghti aktar rizultati li jkunu ta’ beneficcju ghall-pajjiz.
Stqarrijiet Oħra:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923