Left arrow Mur Lura

Investimenti fil-Kwalità Minn industriji Maltin ikomplu jsostnu livelli dejjem oghla ta’ esportazzjoni

PR1397
Date Icon 31/07/1998

Waqt zjara li ghamel illum fil-fabbrika ta’ Stainless Steel Limited, il-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija Dr. John Attard Montalto, habbar li fl-ewwel erba’ xhur bejn Jannar u April l-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea zdiedet bi 18 fil-mija, u dik lejn l-Amerika b’7 fil-mija hekk kif imqabbla ma’ l-istess perjodu tas-sena l-ohra.  Il-Ministru qal li dan ifisser li filwaqt l-1997 kienet sena li fiha s-settur tal-manifattura ghall-esportazzjoni beda jirkupra, l-indikazzjonijiet ghall-1998 juru li din ghandha tkun is-sena fejn is-settur ta’ l-esportazzjoni se jkompli jissahhah.  Huwa kompla li ghalhekk hu importanti li nzommu ma’ livelli stabbiliti li jiddeterminaw l-access ta’ prodotti u servizzi lejn nicec ta’ swieq ta’ kwalità.


Stainless Steel Ltd taghmel parti minn Astracast, kumpanija li hi stmata li ghandha sehem ta’ 60 fil-mija tas-suq fir-Renju Unit ta’ synthetic sinks u 25% fil-mija tas-suq ta’ stainless steel sinks.  Astracast min-naha taghha, hi sussidjarja ta’ Spring Ram, kumpanija pubblika fir-Renju Unit ikkwotata fis-suq ta’ l-ishma ta’ Londra.  Dan il- grupp hu wiehed mill-produtturi ewlenin ta’ ghamara tal-kcina u tal-kmamar tal-banju, apparti milli huma wkoll maghrufa ghall-produzzjoni ta’ synthetic sinks.


Stainless Steel Ltd timpjega 114 -il haddiem.  L-istrategija ta’ titjib kontinwu  f’dik li hi kwalità u standards kif ukoll l-attenzjoni mehtiega fir-rigward ta’ customer care kienu strumentali biex il-kumpanija nifdet swieq godda fil-Karibew, fl-Ewropa Centrali u tal-Lvant, fil-Golf Gharbi, fil-Lvant Mbieghed u fl-Awstralja.


Il-Ministru ferah lill-kumpanija ghall-fatt li ghada kif inghatat l-ISO 9001 u l-gimgha d-diehla se ssir il-prezentazzjoni ta’ dan l-award prestigjuz. Huwa nsista li l-intraprizi kollha Maltin ikunu konformi ma’ sistemi moderni ta’ kwalità, zvilupp u tahrig ta’ personnel b’aggornamenti kontinwi mal-bidliet tat-teknologija.  B’dan il-mod, kompla Dr. Attard Montalto, nkunu qed “intejjbu l-potenzjal produttiv ta’ pajjizna u nibnu pedamenti sodi biex nikkompetu b’success.”


Dr. Attard Montalto sostna li l-Gvern jirrikonoxxi l-kontribut importanti ta’ standards internazzjonali u sistemi li jiggarantixxu l-konformità ma’ livelli stabbiliti.  Meta azjenda tadotta proceduri u sistemi ta’ quality management tkun qed taghmel dan biex ittejjeb l-efficjenza u, naturalment, tkabbar l-opportunitajiet ta’ kummerc internazzjonali. Il-Gvern hu mpenjat li jghati s-sostenn tieghu ghall-inizjattivi mehuda mill-Awtorità Maltija ghall-Ghemil ta’ Standards biex tiggarantixxi l-istandardizzazzjoni u l-kwalità.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

Aktar Stqarrijiet Right arrow