Investimenti fil-Kwalità Minn industriji Maltin ikomplu jsostnu livelli dejjem oghla ta’ esportazzjoni
Waqt zjara li ghamel illum fil-fabbrika ta’ Stainless Steel Limited, il-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija Dr. John Attard Montalto, habbar li fl-ewwel erba’ xhur bejn Jannar u April l-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea zdiedet bi 18 fil-mija, u dik lejn l-Amerika b’7 fil-mija hekk kif imqabbla ma’ l-istess perjodu tas-sena l-ohra. Il-Ministru qal li dan ifisser li filwaqt l-1997 kienet sena li fiha s-settur tal-manifattura ghall-esportazzjoni beda jirkupra, l-indikazzjonijiet ghall-1998 juru li din ghandha tkun is-sena fejn is-settur ta’ l-esportazzjoni se jkompli jissahhah. Huwa kompla li ghalhekk hu importanti li nzommu ma’ livelli stabbiliti li jiddeterminaw l-access ta’ prodotti u servizzi lejn nicec ta’ swieq ta’ kwalità.
Stainless Steel Ltd taghmel parti minn Astracast, kumpanija li hi stmata li ghandha sehem ta’ 60 fil-mija tas-suq fir-Renju Unit ta’ synthetic sinks u 25% fil-mija tas-suq ta’ stainless steel sinks. Astracast min-naha taghha, hi sussidjarja ta’ Spring Ram, kumpanija pubblika fir-Renju Unit ikkwotata fis-suq ta’ l-ishma ta’ Londra. Dan il- grupp hu wiehed mill-produtturi ewlenin ta’ ghamara tal-kcina u tal-kmamar tal-banju, apparti milli huma wkoll maghrufa ghall-produzzjoni ta’ synthetic sinks.
Stainless Steel Ltd timpjega 114 -il haddiem. L-istrategija ta’ titjib kontinwu f’dik li hi kwalità u standards kif ukoll l-attenzjoni mehtiega fir-rigward ta’ customer care kienu strumentali biex il-kumpanija nifdet swieq godda fil-Karibew, fl-Ewropa Centrali u tal-Lvant, fil-Golf Gharbi, fil-Lvant Mbieghed u fl-Awstralja.
Il-Ministru ferah lill-kumpanija ghall-fatt li ghada kif inghatat l-ISO 9001 u l-gimgha d-diehla se ssir il-prezentazzjoni ta’ dan l-award prestigjuz. Huwa nsista li l-intraprizi kollha Maltin ikunu konformi ma’ sistemi moderni ta’ kwalità, zvilupp u tahrig ta’ personnel b’aggornamenti kontinwi mal-bidliet tat-teknologija. B’dan il-mod, kompla Dr. Attard Montalto, nkunu qed “intejjbu l-potenzjal produttiv ta’ pajjizna u nibnu pedamenti sodi biex nikkompetu b’success.”
Dr. Attard Montalto sostna li l-Gvern jirrikonoxxi l-kontribut importanti ta’ standards internazzjonali u sistemi li jiggarantixxu l-konformità ma’ livelli stabbiliti. Meta azjenda tadotta proceduri u sistemi ta’ quality management tkun qed taghmel dan biex ittejjeb l-efficjenza u, naturalment, tkabbar l-opportunitajiet ta’ kummerc internazzjonali. Il-Gvern hu mpenjat li jghati s-sostenn tieghu ghall-inizjattivi mehuda mill-Awtorità Maltija ghall-Ghemil ta’ Standards biex tiggarantixxi l-istandardizzazzjoni u l-kwalità.
Other Press Releases:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923