IL-KONTRIBUT TAN-NISA MALTIN FIL-BIEDJA U SAJD
Il-kontribut tan-nisa Maltin fil-biedja u s-sajd huwa sostanzjali, izda mhux apprezzat kif inhu xieraq.
Tradizzjonalment, in-nisa dejjem hadmu f’dawn l-oqsma bhala spalla ghal zwieghom. Ir-rwol taghhom, ghalkemm indispensabbli, hafna drabi jigi injorat.
B’rizultat tal-process ta’ emancipazzjoni tal-mara, infethu orizzonti godda anke fil-biedja u s-sajd Maltin, oqsma li sa ftit taz-zmien ilu ma kienux jispiraw lin-nisa li jwettqu l-ambizzjonijiet taghhom fil-grad manigerjali.
Fil-prezent, fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd, hemm diversi nisa f’karigi ta’ responsabiltà li jmexxu progetti ta’ importanza nazzjonali. Bil-ghan li dawn l-ufficjali jkollhom kull ghajnuna u sostenn fid-diffikultajiet li jistghu jiffaccjaw fil-qadi ta’ dmirijiethom, aktar kmieni din is-sena twaqqaf Kumitat ‘Inizjattivi Godda Ko-ordinati min-Nisa’, bl-inizjattiva personali tal-Ministru Noel Farrugia.
Il-Kumitat qed jahdem wkoll sabiex jippromovi l-hidma fejjieda tal-bdiewa nisa fil-komunità u huwa intiz ukoll fil-qasam tal-volontarjat. B’dan il-ghan, fuq inizjattiva tal-Kumitat, nisa impjegati fid-diversi dipartimenti tal-Ministeru ghamlu zjara lill-anzjani li jinsabu fid-Dar ta’ l-Imtarfa. Matul din iz-zjara, l-anzjani gew ipprezentati bi pjanta kull wiehed u sar anke xoghol fil-gnien li nghata dehra ahjar. L-anzjani urew l-apprezzament taghhom ghal din l-inizjattiva u esprimew ix-xewqa li zjarat bhal dawn isiru aktar spiss.
Other Press Releases:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923