AKTAR ATTIVITAJIET TA' “CAMA CAMA SAJF”
Wara s-success li nkiseb fl-ewwel attivita' f'B'Bugia, is-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u l-Arti, javza li ser jigu organizzati zewg attivitajiet ohra mis-sensiela “Cama Cama Sajf.” Dawn ser jinzammu fl-Ghadira, nhar it-Tnejn, 3 t'Awwissu u nhar il-Hadd, 9 t'Awwissu fil-bajja ta' Ghajn Tuffieha. Iz-zewg attivitajiet jibdew fis-2.00 sal-5.00 ta' wara nofs-in-nhar.
L-iskop ta' dawn l-attivitajiet huwa li jigu animati l-bajjiet, jitnissel element edukattiv fir-rigward ta' l-abbuz tad-droga u l-alkohol, ta’ l-indafa tal-bajjiet u favur protezzjoni mir-raggi tax-xemx.
Fl-ewwel attività mis-sensiela ta' “Cama Cama Sajf” li giet organizzata f’ B'Bugia, ippartecipaw ’il fuq minn 100 zaghzugh u zaghzugha f'loghob divertenti, organizzat mill-grupp Crazy Animators fejn tqassmu spot prizes lir-rebbieha.
Barra minhekk kien hemm partecipazzjoni ta' diversi D.J.s u d-duo popolari maghmul minn Augusto Cardinale u Joe Demicoli li ferrhu lill-dawk prezenti.
Barra l-loghob, kien hemm ukoll il-Kids’ Corner, fejn it-tfal setghu jiltaqghu mal-Clown Distillu, u area ohra sponsorjata mill-Bank of Valletta li qed jippromwovu l-Young Savers Account, bil-partecipazzjoni tal-mascot Cikkurillu.
Is-Segretarjat Parlamentari jirringrazzja lill-isponsors kollha ta' l-attivitajiet u jheggeg liz-zghazagh u l-familji Maltin biex jiehdu sehem fl-attivitajiet edukattivi, sportivi u kulturali mis-sensiela “Cama Cama Sajf”.
Other Press Releases:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923