GHOTJA TA’ RENAL DIALYSIS MACHINE MILL-COMMUNITY CHEST FUND
L-Eccellenza Tieghu il-President ta’ Malta, Dr. Ugo Mifsud Bonnici u s-Sinjura Gemma Mifsud Bonnici, f’isem il-Malta Community Chest Fund, ipprezentaw Renal Dialysis Machine lill-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr. Michael Farrugia, ghall-uzu fl-iSptar San Luqa. F’kelmtejn ta’ l-okkazjoni, il-Ministru Farrugia rringrazzja lill-President tal-hsieb nobbli tal-Malta Community Chest Fund, li f’temp ta’ ftit xhur, offrew zewg magni tal-kliewi lill-pazjenti fl-isptar. Huwa enfasizza l-bzonn li jkun hawn aktar donaturi ta’ l-organi ghaliex meta pazjent jigi moghti kilwa ta’ haddiehor jkun jista’ jghix hajja aktar normali u hajja ahjar.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-problema tal-mard tal-kliewi qed tizdied u ghalhekk inhass il-bzonn li r-Renal Unit tikber. Minhabba f’hekk ser ticcaqlaq il-Ward M7 biex taghmel post ghat-tkabbir tar-Renal Unit.
Il-Ministru qal li diga’ harget is-sejha ghall-offerti sabiex jinxtraw hames magni tal-kliewi ohra. Tnejn minn dawn il-magni se jibdlu ohrajn li huma antiki u qed tkun difficli sabiex jinxtraw spare parts ghalihom.
Biz-zieda ta’ dawn il-magni godda, il-pazjenti morda bil-kliewi se jkunu jistghu jinqdew ahjar u ma jkunx hemm bzonn li jigu estizi aktar il-hinijiet, sabiex il-pazjenti jiehdu l-kura matul il-lejl.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922