Left arrow Go Back

JITLESTA X-XOGHOL TA’ MANUTENZJONI FI DJAR TAL-GVERN F’TAL BUJAR, F’WIED IL-GHAJN

PR1372
Date Icon 29/07/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu rega’ zar il-Kumpless ta’ Djar tal-Gvern f’tal-Bujar, Wied-il-Ghajn, fejn ghadu kif tlesta x-xoghol ta’ tiswijiet fuq djar tal-Gvern. Minn dawn it-tiswijiet li tlestew fi zmien gimghatejn, gawdew mat-18-il familja li jghixu f’dan il-qasam. Dawn ix-xoghlijiet jaghmlu parti minn kampanja intensifikata ta’ tiswijiet f’postijiet tal-Gvern li qeghda ssir fuq inizjattiva tal-Ministru.


Dan ix-xoghol twettaq minn haddiema tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar fi hdan il-Ministeru tad-Djar. F’din iz-zjara, il-Ministru Portelli ltaqa’ mar-residenti ta’ dan il-kumpless li zzuh hajr ghal dan ix-xoghol li sar u li kien tant mehtieg. Minn tal-Bujar il-Ministru mar izur il-qasam tad-Djar ta’ Zonqor, f’Wied il-Ghajn ukoll.


F’dawn l-ahhar gimghat, il-Ministru Portellli ghamel diversi zjajjar f’ghadd ta’ oqsma ta’ djar tal-Gvern fejn ra xoghol ta’ tiswija fuq blokki ta’ appartamenti kemm fuq il-faccati u anke fil-partijiet komuni. F’dawn l-ahhar ftit xhur sar xoghol bhal dan fi 30 blokk fil-Marsa, f’ohrajn f’Bormla, Birzebbuga, il-Belt, San Gwann u postijiet ohra. Xoghol iehor ta’ tiswijiet jinsab ghaddej fil-qasam tad-djar fuq Verdala, Bormla u fil-Qasam tad-Djar ta’ Haz Zabbar. B’rizultat ta’ din il-kampanja,  f’dawn l-ahhar disa’ xhur saru diga’ 1,324 bicca xoghol madwar Malta. Dan ix-xoghol sewa Lm1224,461.


F’Wied-il-Ghajn ukoll il-Ministeru ghad-Djar mistenni jwettaq xoghol ta’ landscaping  fil-Qasam tad-Djar ta’ Zonqor li se jkun jinkludi fih ukoll gnien. Fil-gimghat li gejjin id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar mistenni johrog l-offerti ghal dan ix-xoghol li mistenni jigi jqum mas-Lm86,000. Ix-xoghol ta’ landscaping mistenni jkopri area ta’ madwar  4,300 metru kwadru u fiha se jithawlu sigar, se jitqieghed pavimentar u anke bankijiet fejn ir-residenti jkollhom fejn jiehdu r-rikreazzjoni taghhom.


Sadanittant, diga’ beda x-xoghol fuq disa’ gonna f’ghadd ta’ bliet u rhula f’Malta filwaqt li hargu l-permessi fuq disa’ gonna ohra f’hafna inhawi f’Malta. Il-Ministeru bhalissa qieghed jistenna l-hrug tal-permessi biex isiru disa’ gonna ohra. L-ispiza totali fuq il-gonna li bdew u l-ohrajn kollha li ghad iridu jsiru mistennija tlahhaq mal-Lm1,135,000. Huwa rega’ zar ix-xoghol ta’ tisbih li qieghed isir fil-bajja u f’toroq f’ Wied-il-Ghajn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

More Press Releases Right arrow