Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJA PARLAMENTARI HELENA DALLI TIPPREZENTA MANUAL DWAR L-UGWALJANZA LILL-MINISTRU TA’ L-EDUKAZZJONI

PR1361
Date Icon 28/07/1998

Is-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa, Helena Dalli, ipprezentat il-Manual Lejn Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irgiel - Programm ta’ Gharfien lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo. Dan il-Manwal, sponsorjat mis-Segretarjat li sar bil-koperazzjoni  tal-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara u tad-Dipartiment tad-Drittijiet tan-Nisa, hu mmirat li jintuza mill-ghalliema tal-Personal and Social Education, biex iqanqlu gharfien dwar l-ugwaljanza fost l-istudenti taghhom fl-iskejjel sekondarji, kemm tal-bniet u kemm tas-subien.  Dan il-Manwal ser jibda jintuza fl-iskejjel minn Ottubru ta’ din is-sena.


Sa mit-twaqqif tieghu s-Segretarjat Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa firex il-hidma tieghu fuq tliet binarji: dak legali, strutturali u kulturali.  Il-qasam kulturali huwa l-aktar wiehed iebes biex tinfiltra minhabba li biex tbiddel mentalita’, li ilha s-sekli maghguna b’certu rwoli sterjotipati ghan-nisa  u ghall-irgiel, huwa process li jiehu fit-tul.


Dan ix-xoghol jista’ jkun success bl-ghajnuna u l-koperazzjoni kontinwa li tezisti bejn il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u s-Segretarjat Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa.  L-importanza li l-Ministeru jaghti lit-trawwim ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel jidher mis-sehem li dan is-Segretarjat kellu  fil-preparazzjoni  ta’ l-abbozz tal-Kurrikulu Nazzjonali Gdid ghall-Edukazzjoni f’Malta li l-Ministeru ghadu kif ippubblika.  Kif jidher d-dokument kollu jindirizza l-bniet u s-subien u jahseb ghall-bzonnijiet u l-izvilupp taz-zewg sessi.  Barra minn hekk kapitlu shih (Kapitlu 7) gie dedikat specifikament  ghal “Kurrikulu u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi”.

.../..





Issa nhallu f’idejn l-ghalliema  biex  juzaw dan il-Manwal fix-xoghol taghhom ta’ kuljum ma’ l-istudenti fil-klassi.  Dan ghandu jghin sabiex nibnu socjeta fejn is-solidarjeta  bejn in-nisa u l-irgiel, li tissarraf fl-gharfien tad-drittijiet u dmirijiet ugwali, tinkiseb ukoll permezz ta’ edukazzjoni f’dan ir-rigward.    


Ms Dalli tat hajr lil  Maria Camilleri u lil Lillian Portelli li hejjew dan il-Manwal bhala parti mill-kors postgraduate taghhom fis-suggett Personal and Social Education. Huma kien mghejjuna minn Mary Anne Lauri, lecturer fil-Psikologija, u Maud Muscat, ghalliema tal-Personal and Social Education.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow