Left arrow Mur Lura

SKEMA GDIDA GHAL DAWK LI JRIDU JIXTRU PROPRJETA’ TAL-UFFICCJU KONGUNT

PR1359
Date Icon 28/07/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli dalghodu habbar skema gdida ta’ l-Ufficcju Kongunt, li saret biex taghmilha aktar facli biex nies li jghixu fi djar residenzjali bil-kera li l-Gvern xtara minghand il-Knisja, ikunu jistghu jixtruhom.


Bidla kbira li gabet maghha din l-iskema kienet li l-prezz tax-xiri se jigi ffissat fuq l-“area” (footprint) tal-proprjeta’ u mhux fuq l-ispazju abitabbli kif kien qabel. Il-Ministru qal li din l-iskema gdida saret biex tohloq aktar trasparenza u biex aktar nies isiru sidien ta’ darhom. Din l-iskema xxandret illum fil-Gazzetta tal-Gvern u l-pubbliku se jkun jista’ japplika minn nhar it-Tnejn 3 ta’ Awissu 1998.


Il-Ministru Portelli habbar ukoll li l-Ministeru tieghu bhalissa qieghed jahdem fuq pakkett ta’ skemi ohra ta’ l-Ufficcju Kongunt, fosthom dawk rigward bejgh ta’ siti kummercjali.


Il-Ministru habbar dan f’konferenza ta’ l-ahbarijiet li ta dalghodu fil-Ministeru, Beltissebh. Huwa fisser li dawk li ghandhom il-proprjetà taghhom li ma taqbisx il-150 metru kwadru u l-kera li jkunu jhallsu ma tkunx taqbez il-Lm5.00 fis-sena, se jkunu jistghu jixtru l-post ghas-somma fissa ta’ Lm500. Dawk li l-kera taghhom tkun aktar minn Lm5.00 fis-sena,  jkunu jridu jhallsu Lm100 ghal kull lira li jkollhom kera. Hekk per ezempju dawk li jkollhom Lm40 fis-sena l-prezz tad-dar ikun ta’ Lm4,000.


Il-Ministru kompla jispjega li fejn l-“area” (footprint) tal-post tkun taqbez il-150 metru kwadru u l-faccata tal-bini tkun anqas minn 9 metri,  barra li l-prezz ikun gie iffissat bir-rata ta’ Lm100 ghal kull lira, jithallsu wkoll Lm500 ohra ghal kull 25 metru kwadru jew parti minnhom ’l fuq minn 150 metru kwadru.


Jekk il-faccata tkun taqbez id-9 metri u l-“area” (footprint) tal-post tkun akbar minn 150 metru kwadru, barra l-hlasijiet imemmija qabel, tizdied is-somma ta’ Lm100 ohra ghal kull metru kwadru jew parti minnu ’l fuq minn 150 metru. Il-Ministru qal ukoll li jekk il-proprjeta’ tkun tinsab f’zona li fiha jistghu jinbnew

../..



hames sulari jew aktar ’il fuq mil-livelli ta’ l-oghla triq, kif stabbilit mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar, ir-rati kollha imsemmija hawn fuq ghandhom jirduppjaw.


L-applikazzjonijiet jistghu jigu migbura, u wara  ritornati mimlija, minn dawn it-tliet postijiet, f’Malta - mill-Ufficcju Kongunt li jinsab Sa Maison, Floriana (fejn il-Vapur t’Ghawdex), kif ukoll mill-Customer Care Services tal-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, il-Furjana u f’Ghawdex mill-Fergha ta’ l-Ufficcju Kongunt, Pjazza San Frangisk, Rabat, Ghawdex. Din l-iskema se tibqa’ miftuha u mhux se taghlaq f’xi data specifika bhall-iskema ta’ qabel li kienet saret mill-Amministrazzjoni ta’ qabel u li kienet ghalqet.


Il-Ministru Portelli qal li b’rizultat tar-rijorganizzazzjoni li twettqet fl-Ufficcju Kongunt taht Gvern Laburista Gdid, il-valur tal-proprjeta’ li nbieghet minn dan l-Ufficcju  minn Lm38,127 fl-1996, din telghet ghal Lm801,088 fl-1997. Il-Ministru fisser ukoll li mill-bidu ta’ din is-sena sa’ Gunju li ghadda, diga’ nbieghet b’kemm jiswew Lm446,418 proprjeta’.  


Id-dhul mill-bejgh tal-proprjeta’ u anke d-dhul mill-kirjiet ta’ l-Ufficcju Kongunt, filwaqt li fl-1996 dan kien ta’ Lm352,746 fl-1997 dan tela’ ghal Lm1,156,907 li huwa aktar mid-dhul totali li kien hemm fit-tliet snin ta’ qabel. Il-Ministru qal ukoll li sakemm ghalqet l-iskema “Ixtri Darek” fl-ahhar tal-1996, kienu dahlu 495 applikazzjoni li l-parti  ’l kbira minnhom gew konkluzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow