SKEMA GDIDA GHAL DAWK LI JRIDU JIXTRU PROPRJETA’ TAL-UFFICCJU KONGUNT
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli dalghodu habbar skema gdida ta’ l-Ufficcju Kongunt, li saret biex taghmilha aktar facli biex nies li jghixu fi djar residenzjali bil-kera li l-Gvern xtara minghand il-Knisja, ikunu jistghu jixtruhom.
Bidla kbira li gabet maghha din l-iskema kienet li l-prezz tax-xiri se jigi ffissat fuq l-“area” (footprint) tal-proprjeta’ u mhux fuq l-ispazju abitabbli kif kien qabel. Il-Ministru qal li din l-iskema gdida saret biex tohloq aktar trasparenza u biex aktar nies isiru sidien ta’ darhom. Din l-iskema xxandret illum fil-Gazzetta tal-Gvern u l-pubbliku se jkun jista’ japplika minn nhar it-Tnejn 3 ta’ Awissu 1998.
Il-Ministru Portelli habbar ukoll li l-Ministeru tieghu bhalissa qieghed jahdem fuq pakkett ta’ skemi ohra ta’ l-Ufficcju Kongunt, fosthom dawk rigward bejgh ta’ siti kummercjali.
Il-Ministru habbar dan f’konferenza ta’ l-ahbarijiet li ta dalghodu fil-Ministeru, Beltissebh. Huwa fisser li dawk li ghandhom il-proprjetà taghhom li ma taqbisx il-150 metru kwadru u l-kera li jkunu jhallsu ma tkunx taqbez il-Lm5.00 fis-sena, se jkunu jistghu jixtru l-post ghas-somma fissa ta’ Lm500. Dawk li l-kera taghhom tkun aktar minn Lm5.00 fis-sena, jkunu jridu jhallsu Lm100 ghal kull lira li jkollhom kera. Hekk per ezempju dawk li jkollhom Lm40 fis-sena l-prezz tad-dar ikun ta’ Lm4,000.
Il-Ministru kompla jispjega li fejn l-“area” (footprint) tal-post tkun taqbez il-150 metru kwadru u l-faccata tal-bini tkun anqas minn 9 metri, barra li l-prezz ikun gie iffissat bir-rata ta’ Lm100 ghal kull lira, jithallsu wkoll Lm500 ohra ghal kull 25 metru kwadru jew parti minnhom ’l fuq minn 150 metru kwadru.
Jekk il-faccata tkun taqbez id-9 metri u l-“area” (footprint) tal-post tkun akbar minn 150 metru kwadru, barra l-hlasijiet imemmija qabel, tizdied is-somma ta’ Lm100 ohra ghal kull metru kwadru jew parti minnu ’l fuq minn 150 metru. Il-Ministru qal ukoll li jekk il-proprjeta’ tkun tinsab f’zona li fiha jistghu jinbnew
../..
hames sulari jew aktar ’il fuq mil-livelli ta’ l-oghla triq, kif stabbilit mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar, ir-rati kollha imsemmija hawn fuq ghandhom jirduppjaw.
L-applikazzjonijiet jistghu jigu migbura, u wara ritornati mimlija, minn dawn it-tliet postijiet, f’Malta - mill-Ufficcju Kongunt li jinsab Sa Maison, Floriana (fejn il-Vapur t’Ghawdex), kif ukoll mill-Customer Care Services tal-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, il-Furjana u f’Ghawdex mill-Fergha ta’ l-Ufficcju Kongunt, Pjazza San Frangisk, Rabat, Ghawdex. Din l-iskema se tibqa’ miftuha u mhux se taghlaq f’xi data specifika bhall-iskema ta’ qabel li kienet saret mill-Amministrazzjoni ta’ qabel u li kienet ghalqet.
Il-Ministru Portelli qal li b’rizultat tar-rijorganizzazzjoni li twettqet fl-Ufficcju Kongunt taht Gvern Laburista Gdid, il-valur tal-proprjeta’ li nbieghet minn dan l-Ufficcju minn Lm38,127 fl-1996, din telghet ghal Lm801,088 fl-1997. Il-Ministru fisser ukoll li mill-bidu ta’ din is-sena sa’ Gunju li ghadda, diga’ nbieghet b’kemm jiswew Lm446,418 proprjeta’.
Id-dhul mill-bejgh tal-proprjeta’ u anke d-dhul mill-kirjiet ta’ l-Ufficcju Kongunt, filwaqt li fl-1996 dan kien ta’ Lm352,746 fl-1997 dan tela’ ghal Lm1,156,907 li huwa aktar mid-dhul totali li kien hemm fit-tliet snin ta’ qabel. Il-Ministru qal ukoll li sakemm ghalqet l-iskema “Ixtri Darek” fl-ahhar tal-1996, kienu dahlu 495 applikazzjoni li l-parti ’l kbira minnhom gew konkluzi.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922