Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD

PR1358
Date Icon 28/07/1998

Matul il-jiem li ghaddew l-Unjoni Ewropea rtirat il-policy gdida tas-sussidji lill-bdiewa ghat-tkabbir tad-dwieli.


Din is-sitwazzjoni hija marbuta mal-fatt li l-Unjoni Ewropea trid twaqqaf is-sussidji lill-bdiewa kollha tal-pajjizi membri sas-sena 2010 u dana skond l-obbligi taghha mal-World Trade Organization (WTO).


Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia waqt zjara li ghamel lill-bdiewa produtturi ta’ l-gheneb.


Hu kompla jghid li din is-sitwazzjoni tindika kemm hija zbaljata l-Oppozizzjoni Nazzjonalista meta qed tghid li shubija shiha fl-Unjoni Ewropea tiggarantixxi sussidji lill-bdiewa, sajjieda u rahhala.


Il-Ministru Farrugia qal li din l-incertezza fost il-bdiewa tal-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea ma tapplikax ghall-bdiewa Maltin u Ghawdxin.  Dan ghall-fatt li l-inkoraggiment ghall-investiment li gabet maghha d-direzzjoni politika tal-Gvern Laburista f’dan il-qasam wasslet biex holqot stabbilita’ fost il-bdiewa u l-industrija ta’ l-inbid tant li fil-gimghat u fix-xhur li gejjin numru akbar ta’ bdiewa sejrin ikabbru aktar dwieli wara li qed jigu offruti prezzijiet garantiti ghall-gheneb kollu li jipproducu.


Dovut ghal dawn ic-cirkostanzi wiehed jikkonferma kemm id-direzzjoni politika tal-Gvern Laburista li jfittex negozjati ghal zona ta’ kummerc industrijali hieles ma’ l-Unjoni Ewropea, bl-eskluzjoni tal-Biedja u Sajd, hija l-ahjar ghazla li tiggarantixxi futur ghall-bdiewa, rahhala sajjieda, u konsumaturi kif ukoll ghall-gid ta’ l-Ekonomija Nazzjonali ta’ dawn is-setturi.


Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow