IL-GVERN QED JARA KIF JISTA’ JGHADDI LURA LILL-KONSUMATUR PROFITT MHUX IMBASSAR TA’ L-ENEMALTA
Il-Gvern qed jistudja skemi li bihom parti mill-profitt zejjed mhux imbassar li ghamlet il-Korporazzjoni Enemalta jerga’ jghaddi lura lill-konsumatur.
Dan habbru l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant meta dalghodu zar Has-Saptan, fejn il-Korporazzjoni Enemalta ghandha l-hazna tal-prodotti taz-zejt. Tul iz-zjara, il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru tal-Finanzi, is-Sur Leo Brincat.
Dr Alfred Sant qal li fl-ahhar ghaxar snin, l-Enemalta ghamlet investimenti sostanzjali li ma kinux finanzjati tajjeb. Zied jghid li issa hemm bzonn li nharsu ’l quddiem ghal strategija li tkun aktar razzjonali billi l-investimenti li saru jitpoggew fuq bazi kummercjalment vijabbli, waqt li d-dhul ta’ l-Enemalta jkun aktar razzjonalizzat.
Dr. Sant semma kif, fl-ahhar sena, sar sforz kbir biex issir razzjonalizzazzjoni skond il-provvedimenti tal-ligi, l-aktar permezz ta’ bidla fir-rati tat-tariffi ta’ l-energija f’pajjizna. Sostna li hemm bzonn li jkun hemm aktar trasparenza fil-costings ta’ l-Enemalta, kif ukoll fil-mod kif jigu mehuda d-decizjonijiet finanzjarji.
Il-Prim Ministru fakkar li l-ekonomija ta’ l-Enemalta tiddependi hafna mir-rata ta’ kif il-prezz taz-zejt ikun qed jiffluttwa fis-swieq internazzjonali. Dan ic-caqlieq mhux dejjem jigri b’mod ippjanat u ghal zmien twil. Fl-ahhar sena, kien hemm caqlieqa sostanzjali ’l isfel fil-prezzijiet taz-zjut internazzjonali li wasslet biex it-tbassir li kien qed isir ghad-dhul u l-hrug minn u fuq il-prezz taz-zejt gew imcaqalqa sostanzjalment ghall-vantagg ta’ l-Enemalta.
Meta tkellem dwar il-possibilita’ tal-privatizzazzjoni parzjali ta’ l-Enemalta, il-Prim Ministru qal li f’kaz li dan isehh, kollox jimxi fuq il-mudell tal-Maltacom. Din giet privatizzata b’erbghin fil-mija u ma kien hemm l-ebda theddida ghall-impieg tal-haddiema.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922