Left arrow Mur Lura

F’SENA U NOFS INHARGU 128 LICENZA GDIDA TA’ NEGOZJU F’GHAWADEX

PR1352
Date Icon 27/07/1998

Minn Jannar 1997 sa l-ahhar ta’ Gunju ta’ din is-sena inhargu 128 licenza gdida ta’ negozju mferrxin ma’ Ghawdex kollu.  Ghadd sostanzjali ta’ dawn in-negozji fethu fil-Belt Victoria waqt li n-negozji l-ohra fethu fix-Xewkija, ix-Xaghra, Ghajnsielem, Marsalforn, in-Nadur, iz-Zebbug, l-Gharb, il-Qala, l-Imgarr, ix-Xlendi, Kercem, il-Munxar, l-Ghasri u Ta’ Sannat.  Dan l-ammont ta’ negozji godda f’perijodu ta’ sena u nofs jikkuntrasta hafna mal-medja ta’ 60 licenza gdida fis-sena li kienu nghataw fl-ghaxar snin bejn l-1987 u l-1996.  It-tnehhija tal-VAT tat nifs gdid lill-kummerc f’Ghawdex kif stqarrew l-istess sidien tal-hwienet mal-Prim Ministru nhar il-Gimgha fit-Tokk.  Bit-tnehhija tal-VAT is-self-employed iz-zghar ma baqghux jaghmluha ta’ kolletturi tat-taxxa ghall-Gvern u helsu minn hafna xoghol zejjed amministrattiv li kienet tinvolvi l-VAT.


Gvern gdid Laburista wara l-elezzjoni li gejja se jimplimenta politika regjonali mahsuba specifikament ghal Ghawdex fid-diversi oqsma ta’ l-infrastruttura.  Il-Gvern se jonfoq aktar minn Lm50,000,000 f’investiment kapitali gdid ghal Ghawdex.  Il-Gvern il-gdid huwa impenjat li jaghti spinta ‘l quddiem l-infrastruttura f’Ghawdex, li jibni villagg industrijali gdid ghas-self-employed iz-zghar f’Ta’ Xhajma, golf course gdida, Casino` u Yacht Marina gdida fil-gzira Ghawdxija fuq l-istess mudell li se tinbena l-Yacht Marina l-gdida tal-Birgu.  Gvern gdid Laburista se jaghti nifs gdid lill-industrija tat-turizmu specjalment fix-xhur tax-xitwa.


Gvern gdid Laburista ghen biex jizdiedu l-ghadd ta’ turisti li jzuru Ghawdex tant li fis-sena li ghaddiet giet registrata zjieda ta’ 10% fl-ghadd ta’ turisti li zaru l-gzira Ghawdxija.  Kien hemm ukoll zjieda ta’ 10% fl-ammont ta’ coaches bit-turisti li zaru Ghawdex bhala day trippers.  Wara l-elezzjoni li gejja il-Gvern se jkompli jtejjeb is-sistema ta’ trasport bejn Malta u Ghawdex biex it-turisti jsibuha aktar facli li jaqsmu bejn Malta u Ghawdex waqt li l-Gvern se jkompli ‘jbigh’ lil Ghawdex bhala destinazzjoni turistika ghaliha nfisha bil-karatteristici specjali li ghandha l-gzira Ghawdxija fi bliet Ewropej ewlenin.


Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow