F’SENA U NOFS INHARGU 128 LICENZA GDIDA TA’ NEGOZJU F’GHAWADEX
Minn Jannar 1997 sa l-ahhar ta’ Gunju ta’ din is-sena inhargu 128 licenza gdida ta’ negozju mferrxin ma’ Ghawdex kollu. Ghadd sostanzjali ta’ dawn in-negozji fethu fil-Belt Victoria waqt li n-negozji l-ohra fethu fix-Xewkija, ix-Xaghra, Ghajnsielem, Marsalforn, in-Nadur, iz-Zebbug, l-Gharb, il-Qala, l-Imgarr, ix-Xlendi, Kercem, il-Munxar, l-Ghasri u Ta’ Sannat. Dan l-ammont ta’ negozji godda f’perijodu ta’ sena u nofs jikkuntrasta hafna mal-medja ta’ 60 licenza gdida fis-sena li kienu nghataw fl-ghaxar snin bejn l-1987 u l-1996. It-tnehhija tal-VAT tat nifs gdid lill-kummerc f’Ghawdex kif stqarrew l-istess sidien tal-hwienet mal-Prim Ministru nhar il-Gimgha fit-Tokk. Bit-tnehhija tal-VAT is-self-employed iz-zghar ma baqghux jaghmluha ta’ kolletturi tat-taxxa ghall-Gvern u helsu minn hafna xoghol zejjed amministrattiv li kienet tinvolvi l-VAT.
Gvern gdid Laburista wara l-elezzjoni li gejja se jimplimenta politika regjonali mahsuba specifikament ghal Ghawdex fid-diversi oqsma ta’ l-infrastruttura. Il-Gvern se jonfoq aktar minn Lm50,000,000 f’investiment kapitali gdid ghal Ghawdex. Il-Gvern il-gdid huwa impenjat li jaghti spinta ‘l quddiem l-infrastruttura f’Ghawdex, li jibni villagg industrijali gdid ghas-self-employed iz-zghar f’Ta’ Xhajma, golf course gdida, Casino` u Yacht Marina gdida fil-gzira Ghawdxija fuq l-istess mudell li se tinbena l-Yacht Marina l-gdida tal-Birgu. Gvern gdid Laburista se jaghti nifs gdid lill-industrija tat-turizmu specjalment fix-xhur tax-xitwa.
Gvern gdid Laburista ghen biex jizdiedu l-ghadd ta’ turisti li jzuru Ghawdex tant li fis-sena li ghaddiet giet registrata zjieda ta’ 10% fl-ghadd ta’ turisti li zaru l-gzira Ghawdxija. Kien hemm ukoll zjieda ta’ 10% fl-ammont ta’ coaches bit-turisti li zaru Ghawdex bhala day trippers. Wara l-elezzjoni li gejja il-Gvern se jkompli jtejjeb is-sistema ta’ trasport bejn Malta u Ghawdex biex it-turisti jsibuha aktar facli li jaqsmu bejn Malta u Ghawdex waqt li l-Gvern se jkompli ‘jbigh’ lil Ghawdex bhala destinazzjoni turistika ghaliha nfisha bil-karatteristici specjali li ghandha l-gzira Ghawdxija fi bliet Ewropej ewlenin.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922