Left arrow Mur Lura

“MHUX MINNU LI GVERN NAZZJONALISTA KIEN SE JHAFFER GHAZ-ZEJT F’GHAWDEX” - IS-SUR JOE MIZZI, MINISTRU FL-UFFICCJU TAL-PRIM MINISTRU

PR1350
Date Icon 27/07/1998

Is-Sur Joe Mizzi, Ministru bla Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, f’kumment lill-gurnalisti, qal li mhux minnu li Gvern Nazzjonalista kien se jhaffer ghaz-zejt f’Ghawdex.  Il-Ministru Mizzi qal li din hija gidba u li huwa jista’ jissostanzja dan b’dokumenti.


Il-Ministru Mizzi qal li l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Guido de Marco, fl-24 ta’ Settembru 1996, kien esprima li jistghu jigu mminati l-interessi Taljani jekk isir dan it-thaffir tal-bir taz-zejt.  Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ dak iz-zmien kien qal ukoll li dan it-thaffir kien imur kontra l-ispirtu tal-protokoll finanzjarju Taljan.


Il-Ministru  Mizzi qal li dan ifisser li kien diga` hemm indikazzjoni negattiva dwar it-thaffir ghaz-zejt f’Ghawdex.


Is-Sur Mizzi zied jghid li huwa jista’ jikkonferma li l-ewwel indikazzjonijiet ghat-thaffir tal-bir kienu fl-20 ta’ Frar 1997.  Dan sar permezz tal-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent ma’ l-Awtoritajiet Taljani.  Fit-13 ta’ Marzu 1997, bdew it-tahdidiet hawn Malta f’Kastilja ma’ l-Awtoritajiet Taljani.


Kien hawnhekk, qal il-Ministru Joe Mizzi, li bdew id-diskussjonijiet dwar it-thaffir tal-bir u li dan ghandu jigi ffinanzjat mill-protokoll Taljan.


Huwa qal li kien prezenti fil-laqgha tat-13 ta’ Marzu 1997.  Qal li kien hemm xi problemi wara dak iz-zmien, imma dawn  issolvew ukoll, biex finalment il-Gvern wasal fi ftehim li t-thaffir ghaz-zejt isir realment.


Il-Ministru Joe Mizzi qal li dan kollu lest li jissostanzjah bid-dokumenti meta jkun il-mument opportun.


Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow