Left arrow Mur Lura

PROTOKOLL MEDIKU GDID GHALL-KURA U L-KONTROLL TAX-XAHAM FID-DEMM

PR1349
Date Icon 27/07/1998

Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia, habbar protokoll mediku gdid ghall-kura u l-kontroll tax-xaham fid-demm.  Dan il-protokoll mediku kien hemm qbil fuqu bejn il-konsulenti rapprezentati fid-Drug and Therapeutic Committee u d-Dipartiment tas-Sahha.  Il-klinika tal-lipid ser tibda tahdem fuq dan il-protokoll madwar tliet gimghat ohra.


Il-Ministru Farrugia qal li tul din is-sena gew accettati numru ta’ mard li jinkludu Ischaemic Heart Disease, Multiple Sclerosis, Motor Neurone Disease,   fix-Schedule V (Kartuna Safra), kif ukoll giet estiza l-kura ghall-kazi tal-H.I.V skond protokoll mediku li kien hemm qbil fuqu.  Ghas-sena  d-diehla qed jigu proposti  Hypthyradism u Spina Bifida biex jidhlu fix-Schedule V.


Huwa qal li dan  ixejjen ghal kollox il-qlajjiet li kienu qed isiru dan l-ahhar minn min ghandu nteressi ulterjuri politici li s-Schedule V ser titnehha.  Mhux talli  mhux ser titnehha izda x-Schedule V qed tigi estiza.  Id-Dipartiment tas-Sahha mhux se jhalli min jabbuza minn dan is-servizz socjali.


Il-Ministru Farrugia qal li matul l-1997 kien hemm 30,213 persuna fuq is-Schedule V, li gedded jew kellha s-servizz gdid; filwaqt li mill-ewwel ta’ Jannar sa l-ahhar ta’ Gunju 1998, kien hemm 15,607 persuna li geddew is-servizz jew kellhom servizz gdid fix-Shedule V.


Il-Ministru qal ukoll li din is-sena diga’ hargu mal-miljun item li jiswew lill-Gvern Malti madwar miljun u nofs liri Maltin.


Ghalhekk qed issir enfasi biex kulhadd ikun aktar accountable ghal  dak li jkunu qed jiffirma ghalih.


Huwa d-dmir tad-Dipartiment tas-Sahha li jsahhah  x-Schedule V izda li ma jhallix l-abbuz ikissirha.  Min jabbuza jrid jirrispondi ghal ghemilu


IL-KONTROLL TAX-XAHAM FID-DEMM


L-aqwa kura ghall-kontroll tax-xaham fid-demm hija li tbiddel l-istil ta’ hajja ghal wiehed aktar b’sahhtu. B’dan infissru zieda fl-attivita’ fizika, kontroll fuq l-ikel u li wiehed jieqaf ipejjep. Ma’ dawn imbaghad ikun hemm sitwazzjonijiet klinici fejn huma mehtiega  l-pilloli li jbaxxu l-livell tax-xaham fid-demm.

......./......

Il-protokoll il- gdid ghal min hu intitolat ghal dawn il-pilloli b’xejn hu ibbazat  l-ewwelnett fuq livell specifiku fid-demm ta’ “low density lipoprotein -cholesterol” (LDL-Cholesterol). Dan huwa it-tip ta’ cholesterol li jaghmel l-aktar hsara fil-gisem tal- bniedem u jigi l-aktar minn xaham li nsibuh fl-animali. Il-livell kliniku li gie stabbilit wara ricerka internazzjonali kien ta’ 4.1 millimols  kull  litru demm (4.1 mmol/L)jew aktar. It-tieni kriterju huwa numru ta’ sitwazzjonijiet klinici specifici fejn instab li jkun ta’  beneficcju li tikkontrolla ix-xaham fid-demm permezz tal-pilloli. Dan hu l-protokol:-


Il-Pilloli li jbaxxu x-Xaham fid-Demm ser Jinghataw b’Xejn lil Dawk Li:


  1. Ikollhom evidenza klinika ta’ mard iskemiku tal-qalb flimkien ma’ livell ta’ LDL-Cholesterol ta’ 4.1 mmol/L jew aktar;


  1. Ikollhom evidenza klinika ta’ dijabete flimkien ma’ livell ta’ LDL-Cholesterol ta’ 4.1 mmol/L jew aktar;


  1. M’jkollhomx evidenza klinika ta’mard iskemiku tal-qalb izda jkollhom  livell ta’ LDL - cholesterol  ta’ 4.1 mmol/L jew aktar flimkien ma’ tnejn jew aktar minn dawn ir-risk factors li gejjin:-


(a) pressjoni gholja fid-demm (li tkun ‘l fuq minn 160/95 mmHg ghal perjodu ta’ zmien).


  1.      storja ta’mard iskemiku tal-qalb fil-familja (jigifieri ahwa jew genituri li   

kellhom mard iskemiku tal-qalb fl-eta ta’ 50 sena jew anqas).


(c ) mard fl-arterji tal-gisem jew tar-ras.


  1. hxuna zejda b’Body Mass Index ta’ aktar minn 35%;


  1. Ikollhom xaham fid-demm jintiret fil-familja jigifieri ta’ natura genetika (familial (type2) hypercholesterolaemia).



NOTA IMPORTANTI:- Wara l-eta’ ta’ 75 sena, il-livell gholi tax-xaham fid-demm ma jibqax risk factor u allura ma hemm ebda indikazzjoni li jsiru testijiet jew li tinghata kura ghax-xaham fid-demm f’persuni anzjani li jkunu ghalqu l-75 sena.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow