Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU, DR ALFRED SANT, IZUR IL-FABBRIKA CARLO GAVAZZI LTD F’BULEBEL

PR1348
Date Icon 27/07/1998

“Zona ta’ Kummerc Hieles jaghmel ix-xoghol aktar kompetittiv ghax, waqt li jiggarantixxi s-suq, izomm l-ispejjez tal-produzzjoni baxxi.  Dan ikun possibbli ghax Malta ma jkollhiex iggorr l-ispejjez gholja tal-produzzjoni li jezistu f’pajjizi bhad-Danimarka li jridu jhaddmu l-Common Agricultural Policy”.  Dan qalu l-Prim Ministru Dr Alfred Sant waqt zjara li kien qed jaghmel fil-fabbrika Carlo Gavazzi Ltd fil-Qasam Industrijali, Bulebel.


Il-Prim Ministru, li kien akkumpanjat mill-Avukat John Attard Montalto, Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, gie milqugh u mdawwar mal-fabbrika mis-Sur Ray Attard, Managing Director.


Il-fabbrika Carlo Gavazzi Ltd tipproduci partijiet elettronici ghall-esportazzjoni fl-Ewropa u l-Amerika, suq li kien qieghed jikber bir-rata ta’ tnax fil-mija fis-sena.   Id-ditta ghandha fabbriki fl-Italja, il-Germanja, id-Danimarka u Malta.  Il-fabbrika Maltija timpjega 152 haddiem u tesporta b’kemm jiswa Lm3.3 miljun xoghol fis-sena.  Is-Sur Attard spjega li l-fabbrika kienet qed tespandi l-produzzjoni taghha b’mod mghaggel u ghal dan il-ghan kienet hadet fabbrika ohra fl-istess qasam industrijali. Il-fabbrika l-gdida kienet se tibda topera f’Ottubru u fix-xoghol taghha kienet se  tkun  estensjoni tal-fabbrika ezistenti.  Huwa ppjanat li, fi zmien tliet snin, l-espanzjoni tal-fabbrika Carlo Gavazzi Ltd tikber tant li jkollha tirdoppja l-ghadd ta’ impjegati u ttellaghhom ghal tliet mitt haddiem.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow