Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU KARMENU VELLA IWISSI DWAR L-EFFETTI HZIENA LI TISTA’ THALLI FUQ IN-NEGOZJANTI ZGHAR SHUBIJA SHIHA FL-UNJONI EWROPEA

PR1342
Date Icon 25/07/1998

“Effett ta’ shubija shiha fl-Unjoni Ewropea negozjanti zghar Maltin u Ghawdxin jista’ jkollhom jaghlqu l-attivitajiet kummercjali taghhom.”  Dan qalu l-Ministru Karmenu Vella, Ministru tat-Turizmu u s-Self Employed, meta l-bierah kien qed jitkellem ma’ sidien tal-hwienet f’Ghawdex.


Il-Ministru Vella qasam is-self-employed f’erba’ setturi: dak kummercjali, dak tas-servizzi, dak tal-manifattura u dak tal-biedja.  Kull wiehed minn dawn is-setturi kien jintlaqat hazin kieku Malta kellha tissieheb fl-Unjoni Ewropea.


Hafna mis-self-employed, l-aktar dawk fis-settur kummercjali, kienu jiddependu mit-turizmu. “Diga’ kellna esperjenza qarsa ta’ x’gara meta l-gvern precedenti, minhabba l-applikazzjoni tieghu biex jissieheb fl-Unjoni Ewropea, kellu jintroduci l-VAT,” kompla l-Ministru Vella.  “Bil-VAT it-turizmu naqqas mill-kompetittivita tieghu.  It-turizmu naqas u s-self-employed ta’ Malta u Ghawdex bdew ihossu l-effett ta’ dan.”


Imma shubija shiha fl-Unjoni Ewropea mhux il-VAT biss iggib maghha, wissa l-Ministru Vella.  “Li kieku Malta kellha tidhol membru shih ta’ l-Unjoni Ewropea hadd ma jkun jista’ jzomm barranin milli jifthu hwienet f’pajjizna u jikkompetu b’supermarkets kbar li jkissru s-self-employed iz-zghar.  Kien ghalhekk li fil-ftehim li qed jaghmel ma’ l-Unjoni Ewropea dwar iz-Zona ta’ Kummerc Hieles il-Gvern qed jiehu l-prekawzjonijiet kollha biex ma tidholx minn barra kompetizzjoni ghas-self-employed Maltin u Ghawdxin,” temm il-Ministru Vella.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow