IL-MINISTRU KARMENU VELLA IWISSI DWAR L-EFFETTI HZIENA LI TISTA’ THALLI FUQ IN-NEGOZJANTI ZGHAR SHUBIJA SHIHA FL-UNJONI EWROPEA
“Effett ta’ shubija shiha fl-Unjoni Ewropea negozjanti zghar Maltin u Ghawdxin jista’ jkollhom jaghlqu l-attivitajiet kummercjali taghhom.” Dan qalu l-Ministru Karmenu Vella, Ministru tat-Turizmu u s-Self Employed, meta l-bierah kien qed jitkellem ma’ sidien tal-hwienet f’Ghawdex.
Il-Ministru Vella qasam is-self-employed f’erba’ setturi: dak kummercjali, dak tas-servizzi, dak tal-manifattura u dak tal-biedja. Kull wiehed minn dawn is-setturi kien jintlaqat hazin kieku Malta kellha tissieheb fl-Unjoni Ewropea.
Hafna mis-self-employed, l-aktar dawk fis-settur kummercjali, kienu jiddependu mit-turizmu. “Diga’ kellna esperjenza qarsa ta’ x’gara meta l-gvern precedenti, minhabba l-applikazzjoni tieghu biex jissieheb fl-Unjoni Ewropea, kellu jintroduci l-VAT,” kompla l-Ministru Vella. “Bil-VAT it-turizmu naqqas mill-kompetittivita tieghu. It-turizmu naqas u s-self-employed ta’ Malta u Ghawdex bdew ihossu l-effett ta’ dan.”
Imma shubija shiha fl-Unjoni Ewropea mhux il-VAT biss iggib maghha, wissa l-Ministru Vella. “Li kieku Malta kellha tidhol membru shih ta’ l-Unjoni Ewropea hadd ma jkun jista’ jzomm barranin milli jifthu hwienet f’pajjizna u jikkompetu b’supermarkets kbar li jkissru s-self-employed iz-zghar. Kien ghalhekk li fil-ftehim li qed jaghmel ma’ l-Unjoni Ewropea dwar iz-Zona ta’ Kummerc Hieles il-Gvern qed jiehu l-prekawzjonijiet kollha biex ma tidholx minn barra kompetizzjoni ghas-self-employed Maltin u Ghawdxin,” temm il-Ministru Vella.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922