IT-THAFFIR GHAZ-ZEJT: L-ISTRUTTURI F’KERCEM HUMA SIMILI GHAL FEJN DIGA’ INSTAB IZ-ZEJT FI SQALLIJA
Il-Prim Ministru Alfred Sant qal illum f’Ghawdex li fl-ewwel kilometru ta’ thaffir ghaz-zejt f’Ta’ Kercem jirrizulta li l-istrutturi li nstabu huma l-istess bhal dawk fin-naha ta’Sqallija fejn diga` kien hemm sejbiet ta’ zejt. Il-Prim Ministru qal li Ghawdex diga` qed igawdi mill-esplorazzjoni ghaz-zejt u wiehed jistenna li bi zviluppi aktar pozittivi, Ghawdex jibbenefika aktar fl-istess waqt li enfasizza li rridu nizguraw li nibqghu nharsu l-ambjent naturali ta’ Ghawdex. Sa l-ahhar ta’ din is-sena se jkunu thaffru hames kilometri ‘l isfel imbaghad wiehed ikun jista’ jasal ghall-konkluzjonijiet dwar fejn hemm l-aktar cans li jinstabu, jekk se jinstabu, sejbiet kummercjali ta’ zejt.
Il-Prim Ministru qal dan dalghodu f’Ghawdex meta iltaqa’ ma’ sidien ta’ hwienet fit-Tokk Ghawdex. Il-Prim Ministru qal li fil-programm elettorali tal-Partit Laburista se jkun hemm l-impenn tal-Gvern gdid Laburista li f’Ghawdex ikun hemm golf course, villagg industrijali ghas-self-employed iz-zghar preferibbilment f’Ta’ Xhajma, Yacht Marina gdida f’Ghawdex, l-impenn li jkun hemm Casino` f’Ghawdex u li tinghata spinta ‘l quddiem l-infrastruttura f’Ghawdex. “Gvern gdid Laburista”, qal il-Prim Ministru, “l-ewwel se jaghmel il-Yacht Marina tal-Birgu u l-Progett ta’ Manoel Island u mbaghad il-Gvern juza din l-esperjenza biex ikun hemm il-Yacht Marina l-gdida ta’ Ghawdex”. Il-Prim Ministru qal ukoll li l-post diga` gie identifikat u qal li l-Gvern diga’ ghandu l-bidu tal-pjani biex tigi varata din il-Yacht Marina gdida f’Ghawdex.
Il-Prim Ministru qal li jidher car li f’Ghawdex qed tithejja l-bazi biex ikun hawn espansjoni kummercjali. Dr. Sant qal li l-istatistika turi li fl-ahhar sena u nofs il-licenzji ghall-hwienet kummercjali zdiedu b’medja ta’ 85 fis-sena komparati mat-62 fis-sena li kien hemm fis-snin ta’ qabel. Il-Prim Ministru qal li t-tnehhija tal-VAT laqghet ghall-istagnar li kien hemm fis-settur kummercjali f’Ghawdex. Diversi kummercjanti qalu lill-Prim Ministru kemm kienu intlaqtu hazin bil-VAT u kif it-tnehhija tal-VAT ghenet biex jergghu jibdew isibu saqajhom. Il-Gvern il-gdid huwa impenjat li jaghmel minn kollox biex is-self employed zghar f’Ghawdex u f’Malta joperaw b’mod hieles u jigu meghjuna jespandu n-negozju taghhom.
.../2
F’qasam wara l-iehor il-Gvern qed jaghmel mill-ahjar biex isostni dak li qal fil-Manifest Elettorali dwar Ghawdex. Il-Gvern se jkompli jespandi l-hidmiet tieghu halli oqsma differenti ta’ hidma f’Ghawdex ikomplu jizviluppaw.
Il-Prim Ministru qal li t-turizmu lejn Ghawdex kompla jizdied. l-istatistika turi li s-sena li ghaddiet iz-zieda ta’ turizmu lejn Ghawdex kienet ta’ bejn 10 u 11%. Kien hemm zieda ta’ 10% fl-ammont ta’ coaches bit-turisti li qasmu bejn Malta u Ghawdex.
Il-Gvern il-gdid se jimplimenta pjan ta’ zvilupp ghal Ghawdex li jinvolvu investiment ta’ Lm50,000,000 mahsub biex tigi stimulata aktar l-industrija tat-turizmu b’aktar zvilupp ekonomiku u socjali f’Ghawdex. Wiehed mill-impenji ewlenin tal-Gvern il-gdid huwa li jinholqu kemm jista’ jkun impjiegi tal-gvern f’Ghawdex halli l-Ghawdxin li jghixu f’Malta jkunu jistghu jmorru jahdmu f’Ghawdex. Bhalissa ghaddej programm biex sittin Ghawdxi u Ghawdxija li jahdmu f’Dipartimenti tal-Gvern f’Malta jigu mharrga fix-xoghol tas-Sigurta` Socjali halli jahdmu Ghawdex f’dan il-qasam.
Mistoqsi dwar l-elezzjoni generali il-Prim Ministru qal li huwa importanti li d-diskussjoni politika tibqa’ ghaddejja b’mod civili, waqt li n-nies jiehdu l-vaganzi taghhom, u mbaghad tigi meta tigi l-elezzjoni il-poplu jkollu c-cans jiddeciedi bl-aktar mod kalm u civili. “L-importanti”, qal il-Prim Ministru, “li l-issues ikunu maghrufa u spjegati”.
Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Onor. Karmenu Vella, Ministru ghat-Turizmu u s-Self-Employed.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922