IL-PRIM MINISTRU JARA XOGHOL TA’ MMODERNIZZAR LI QED ISIR FL-ISPTAR SAN VINCENZ DE PAULE
“Din is-sena l-Gvern qed jonfoq ’l fuq minn Lm700,000 aktar mis-sena l-ohra fuq il-kura ta’ l-anzjani. Dawn il-flus, flimkien ma fondi ohra, qed jintefqu fuq l-immodernizzar ta’ l-Isptar, kif ukoll ghall-kura ta’ l-anzjani fil-komunita`” Dan il-kliem qalu l-Prim Ministru Dr Alfred Sant meta dalghodu zar l-Isptar San Vincenz de Paule.
Il-Prim Ministru kien milqugh mis-Segretarju Parlamentari, il-Professur Louis Buhagiar, u minn tobba u ufficjali ta’ l-Isptar. Huwa gie mdawwar ma’ l-Isptar u kellu l-opportunita` jiltaqa’ mal-haddiema u l-pazjenti waqt li ra b’ghajnejh ix-xoghol li kien qieghed isir fuq il-post.
Dr Sant zar is-sala li qieghda tigi mmodernizzata biex isservi ta’ kamra ta’ l-ikel ghall-istaff professjonali u tekniku ta’ l-Isptar. Dan il-progett se jiswa mat-Lm30,000 u l-bicca l-kbira tax-xoghol qed isir minn haddiema ta’ l-Isptar innifsu. Meta jitlesta dan ix-xoghol, it-tobba u n-nurses se jkollhom post fejn jiltaqghu fil-hin ta’ l-ikel. Fi kliem il-Professur Buhagiar, l-Isptar kellu bzonn staff tajjeb, motivat, kuntent u maghqud. Minn dan, finalment, igawdu l-anzjani.
Wara, l-Prim Ministru ittiehed jara Wards 19 u 20 li wkoll se jigu mmodernizzati fil-gimghat li gejjin. Dawn il-wards qeghdin fil-parti l-antika ta’ l-Isptar u ilhom mibnija ’l fuq minn erbghin sena. Fix-xoghol ta’ ippjanar hadu sehem periti, occupational therapists, physio-therapists u nursing officers. Dawn l-esperti ghaqqdu flimkien il-kapacitajiet u l-esperjenza taghhom biex hargu bi pjan integrat li jahseb fil-bzonnijiet u l-kumditajiet tal-pazjenti. Fil-granet li gejjin se jintalbu offerti ghax-xoghol li hemm bzonn li jsir fl-Isptar. Saru arrangamenti biex sakemm ix-xoghol strutturali u dekorattiv jitlesta u s-swali jigu mghammra bl-air conditioning, l-anzjani jittiehdu fi swali ohra ta’ l-Isptar.
Waqt iz-zjara tieghu, il-Prim Ministru ha l-opportunita` biex jitkellem mal-pazjenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922